Il-Ministru tal-Ġustizzja jmur ġimgħa vaganza f’isem il-Commonwealth

F’dawn il-jiem kellna l-laqgħa tal-ministri tal-ġustizzja tal-Commonwealth. Il-Ministru tal-Ġustizzja Malti attenda. Din kienet laqgħat ta’ inqas minn tliet t’ijiem. Imma għad-delegazzjoni Maltija, din saret ta’ ġimgħa. Jekk wieħed iħares lejn l-aġenda ma kienx hemm affarijiet kbar. Biss biss, dan is-sit jinsab infurmat li ntefqgħu tliet elef euro fuq roaming.

Il-problema tinsab hawn. Min-naħa, għandna l-Ministru tal-Finanzi li jrid iross iċ-ċitorin għaliex ma hemmx flus imma min-naħa l-oħra, dan il-gvern dejjem għandu flus fejn jistgħu jinħlew. Jekk il-gvern irid jibda’ jagħti l-eżempju fuq l-infiq, ma għandux jibda’ miż-żgħir, imma l-eżempju għandhom jibdew jagħtuh il-ministri tiegħu stess u joqgħodu attenti ta’ kif jonqfu l-flus.

One thought on “Il-Ministru tal-Ġustizzja jmur ġimgħa vaganza f’isem il-Commonwealth

  1. Damu ġimgħa minflok tliet t’ijiem forsi għax ma kienx hemm flights u connections għal Malta u kellhom jibqgħu hemm u fl-istess ħin jistrieħu ftit.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *