Where your opinion counts

Perit tekniku għadu ma daħħalx ir-rapport tiegħu: din hija r-raġuni għala l-maġistrata ma tistax tagħlaq l-inkjesta fuq il-qtil ta’ Jean Paul Sofia

Dan is-sit jinsab infurmat li perit tekniku, li tqabbad biex jagħmel ir-rapport tiegħu dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia għadu ma daħħalx ir-rapport tiegħu. Minħabba dan il-fatt, il-maġistrata responsabbli, Marse Ann Farrugia ma tistax tagħlaq l-inkjesta tagħha. Dan is-sit jinsab infurmat li anki minħabba dan il-fatt, il-Prim Imħallef għadu ma wieġibx l-ittra tal-Prim Ministru. Dan id-dettal u dettalji oħra ġew żvelat minni llum waqt il-programm fuq Xejk TV ta’ Dun Ġwann Farrugia.

Infakkar li l-Prim Ministru kien bagħat ittra lill-Prim Imħallef fejn fiha rrapporta lill-maġistrata Farrugia li qed tagħmel din l-inkjesta. F’din l-ittra, il-Prim Ministru Abela qal li mhux sew li din l-inkjesta qed tieħu daqshekk fit-tul. Infakkar li saru insinwazzjoni kontra din il-maġistrata li ma ttajjarx nar. Dan is-sit kien tkellem kontra dawn l-insinwazzjonijiet u qal li dan hu assassinju ta’ karattru.

Għal darba oħra, dan is-sit ingħata raġun. Il-maġistrata ma tistax tagħlaq din l-inkjesta qabel ma jidħol ir-rapport jew ir-rapporti kollha mill-perit tekniċi li tqabbdu mill-qorti. F’dan l-istadju, l-anqas hu l-ħsieb ta’ dan is-sit li jitfa’ f’dawl ikrah lill-perit tekniku li gċadu ma daħħalx dan ir-rapport. . Ma nafx jekk iltaqax ma’ problemi waqt li kien qed jagħmel ir-rapport tiegħu.

Dak li hu żgur hu li l-Prim Ministru għaġġel meta ħareġ jgħid li ma hemmx bżonn inkjesta pubblika u r-rapport tal-maġistrata hu biżżejjed. Għaġġel meta qal li mhux sew li l-maġistrata għadha ma għalqitx din l-inkjesta u li din l-inkjesta qed tieħu fit-tul. Infakkar li l-maġistrata tiddependi mill-periti tekniċi – li finalment huma approvati mill-gvern – biex tagħlaq l-inkjesta tagħha.

Issa x’ser jagħmel il-Prim Ministru issa? Ser jagħmel apoloġija mal-maġistrata Farrugia talli għamel akkużi infondati fuqha? Dak li hu żgur li din l-istorja tkompli tikkonferma li hemm urġenza biex jiltaqa’ l-Parlament u jsir dibattitu fuq din it-traġedja u jittieħed vot ħalli tkun magħmula inkjesta pubblika. Quddiem dan il-gideb u dan it-taħwid kollu, hemm bżonn ta’ inkjesta pubblika. Mhux sew persuna jew persuni mażuni qrib il-Prim Ministru jżomm/u stat sħiħ at ransom! Dażgur li hemm bżonn ta’ inkjesta pubblika quddiem dan it-taħwid kollu!

One thought on “Perit tekniku għadu ma daħħalx ir-rapport tiegħu: din hija r-raġuni għala l-maġistrata ma tistax tagħlaq l-inkjesta fuq il-qtil ta’ Jean Paul Sofia

  1. Mhux sewwa li tejd li l p.m ghagel u jew ikkritika lil magistrat ghax ghada ma ghalqitx l inkjesata meta qeghda issir tant presjoni fuqu u l dan il kas sfurtunat sar ballun pulitiku .Fejn ghandu xjaqsam l gvern f dan l kas jekk il kas sehh fuq sit privat?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *