Il-każ ta’ Jean Paul Sofia ser ikun diskuss illejla fuq Xejk TV fit-8.30 pm

Quddiem il-fatt li kull ħjiel ta’ evidenza li setgħet toffri indikazzjoni dwar x’wassal għall-mewt ta’ Jean Paul Sofia ġiet meqruda, il-lejla ser inkun qed niddiskuti magħkom, is-semmiegħa u qarrejja ta’ dan il-blogg, din l-istorja fit-8.30 pm fuq Xejk TV. Infatti, ser inkun mistieden ta’ Dun Ġwann Farrugia fejn ser niddiskutu din it-traġedja ta’ dan iż-żagħżugħ.

Dan is-sit qed jinsisti dwar il-bżonn li jkun hemm inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ John Paul Sofia. Issa għandna l-istorja li l-post fejn ġara dan il-qtil diġa’ ġie mwaqqa’. Ser inkun qed nistaqsi jekk dan jurix l-arroganza kbira tal-gvern ta’ Robert Abela.

F’dan il-programm ser inkunu qed nitkellmu magħkom u nistaqsukom jekk taħsbux li dan hu fatt ieħor ta’ dgħjufija ta’ dan il-gvern quddiem l-arroganza ta’ min hu b’saħħtu. Għax inqatlet persuna żgħira, il-poter massoniku jidher li jista’ jagħmel li jrid. Issa bit-twaqqiegħ tal-binja fejn seħħet din it-tragedja ma hemmx dubju li hemm persuna jew persuni li jkunu protteti milli jiġu mikxufa.

Dan is-sit ħa l-kumment ta’ Edwin Vassallo – kummentatur ewlieni f’dan l-istess sit fejn qalilna li “issa Robert Abela kkonferma li żgur mhux ser issir l-inkjesta pubblika. Ir-rule of law f’pajjiżna marret il-baħar u magħha marret il-baħar kull tama li omm John Paul Sofia tkun taf il-verita’ dwar x’wassal għall-mewt ta’ binha“.

Quddiem din l-istorja kollha, il-lejla ser inkunu qed nistaqsu lilkom jekk il-ħaqq f’dan il-pajjiż qattx jista’ jsir maż-żgħir. Is-saħħa tal-kbir, ta’ min għandu l-flus, qed terbaħ fuq il-ġustizzja f’pajjiżna.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *