Where your opinion counts

Chris Fearne jgħid li kienet bis-saħħa tiegħu u mhux ta’ Adrian Delia li Steward taw l-isptarijiet lura lill-gvern: Adrian Delia jwieġbu.

It-Tnejn li għadda kellna lill-Ministru Fearne fuq il-programm Xtra ta’ Salvu Balzan. Fearne jidher li qed jaħseb li l-poplu kollu ‘ġaħan’. Jekk Chris Fearne jaħseb ukoll li l-laburisti huma ‘ġaħan’ qiegħed jiżbalja. Meta tara dak li qal fuq Xtra nhar it-Tnejn dwar l-isptarijiet, tinduna kemm Fearne irid idaħħaq. Dan hu dak li Fearne qal:

Ħa nikkwotah kelma b’kelma għal dawk li forsi ma jridux jismu x’qal biex ma jkunx hemm dubji. Huwa qal hekk:

“Fejn jidħlu l-isptarijet ta’ Għawdex, Karen Grech u St Luke’s dawn issa bħal ma taf inti, bħalma taf Malta kollha, għaddew għand il-Gvern. Il-Gvern ħadhom lura mhux b’riżultat tal-kawża illi kien hemm il-qorti ta’ l-Onor. Delia. Dik il-kawża għalkemm inqagħtet ġiet appellata minn Steward u allura sa kemm jinqata’ l-appell dik il-kawża għadha ma ġietx fl-effett, imma wara illi Steward appellaw, huma stess infurmaw lill-Gvern illi kienu ser jabbandunaw l-isptarijiet, u aħna fuq dik dħalna fuqhom u waqqafna l-konċessjoni”.

Wieħed jistenna lil Dr Fearne jispjega għaliex Steward iddeċidew li jabbandunaw l-isptarijiet. Forsi jrid jipprova jikkonvinċina li l-kawża u t-telfa kbira li kellhom fil-kawża ta’ Dr Delia, ma kienetx ir-raġuni prinċipali li ddeċidew li jċedu l-isptarijiet? Mela jekk hu hekk, għaliex ma telquhomx qabel? Forsi qed jipprova ibellagħhielna li ma kienetx is-sentenza tal-kawża li qatatielhom nifishom. Mela jekk mhux hekk għaliex ma telquhomx qabel? Forsi qed jipprova jġagħalna nemmnu li s-sentenza li sabithom ħatja f’kollox ma kienetx l-unika raġuni li ma setgħux ikomplu f’pajjiżna. Kieku ma kienetx din is-sentenza, kieku kienu ser iwaqqgħuh dan il-kuntratt?

Dr Fearne jixtieq jemmen u jikkonvinċi lilna nemmnu li kienet id-deċiżjoni tiegħu li jieħu l-isptarijiet lura li ġagħlet lil Steward jabbandunaw lil Malta u lil Għawdex. Jgħid x’jgħid u jimmaġina x’jimmaġina Dr Fearne ħadd ma hu qed jemmnu meta jipprova jnaqqas mill-gravita’ li kellha l-kawża fuq il-kumpanija Steward. Kienu l-provi li ġab quddiem il-qorti Dr Adrian Delia li rreduċiet lil Steward f’pożizzjoni mhux tenibbli b’tali mod li warrbu mir-responsabilita’ tagħhom.

Dr Fearne qed jipprova jiġbor ġieħu għal mod kif mexa ma dawn il-barranin. Dr Fearne qed jipprova jnessi dak li qal snin ilu li Steward kienu ‘the real deal’. Qed jipprova jgħidilna li ma kienx żball tiegħu u ta’ sħabu li komplew jagħtu l-miljuni lil Steward. Forsi jipprova jikkonvinċina li ma kienx involut f’dak li għamlu, jew li ma għamlux Steward, kemm ilu ministru tas-saħħa hu.

Dr Fearne qed jipprova jikkonvinċi li mn’Alla kien hu u kienet biss bis-saħħa tiegħu li ttieħdu l-isptarijiet lura. Veru li qed jipprova ibella’ r-ross bil-labra d-Deputat Prim Ministru. Mela Dr Fearne jrid jipprova jdaħħlilna f’moħħna li hu biss hu s-salvazzjoni ta’ Malta u Għawdex fejn jidħlu l-isptarijiet. Il-poplu mhux ‘ġaħan’ Dr Fearne.

F’dan il-kuntest, Adrian Delia qal lil Dr. Fearne għaliex ma jitlobhomx iroddu lura l-400,000,000 miljun ewro li ngħataw mill-gvern!

2 thoughts on “Chris Fearne jgħid li kienet bis-saħħa tiegħu u mhux ta’ Adrian Delia li Steward taw l-isptarijiet lura lill-gvern: Adrian Delia jwieġbu.

  1. Ara vera dat-taparsi politiku ma jisthix minn Alla li halqu! Ibella’ lin-nies li hu salva lin-nies permezz tal-vaccin esperimentali tal-Covid, u issa jrid jiehu l-mertu tar-rebha li ghamel Dr Delia fuq l-isptarijiet. Ara vera jrid ikollok wiccek u wara xorta!!! U f’dan il-hin kollu, ikun ukoll qed jitmellah bil-poplu jigifieri lanqas rispett lejn il-poplu ma ghandu!

  2. Bla dubju li Steward tilfu l-interess li jkomplu jmexxu riżultat tal-kawza miftuħa minn Dr Delia. Pero’ lanqas hu korrett dak li qed jgħid Dr Delia dwar l-400 mitt miljun! Hu jaf ben tajjeb li dawn ħafna minnhom marru f’pagi lill-ħaddiema u barra minn hekk issa nistennew l-eżitu tar-rapport ta’ NAO dwar kemm ħadu Steward u kif intefqu u fejn marru.

Leave a Reply to Vince Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *