Dan is-sit ilu minn Awwissu li qal li l-AirMalta kienet ser tagħlaq
Illum il-gazzetti tawna l-aħbar li l-Air Malta ser tagħlaq il-bieb tagħha u ser tkun ikkreata kumpanija oħra. Kemm infakkar li dan is-sit ilu minn Awwissu li għadda li ta l-aħbar li l-Air Malta kienet ser tagħlaq. Kien hemm min ipprova jgħaddini biż-żmien. Għal darba oħra, dak li kiteb dan is-sit, ħafna xhur ilu seħħ. Ilhom daqshekk jafu li l-Air Malta ser jagħlquha. Infakkar li anki l-Mument f’Ottubru li għadda kienet kitbet dwar dan il-fatt. Aħjar ngħidu li kien hemm ħadma biex l-Air Malta tiġi falluta u tingħalaq u fil-proċess numru ta’ persuni għamlu kemxa tajba.
