Biex tintela’ s-sala għal waqt il-Konferenza Ġenerali tal-lum fl-10 am, il-ministri talbuhom iġibu 15-il persuna magħhom u lid-delegati nies oħrajn magħhom.

Ilni delegat għomri u żmieni u dejjem naf li l-Konferenza hija sagra. Anki min ma tarah qatt jattendi l-Ħadd, tarah darba fis-sena jattendi għall-konferenza ġenerali biex jisma’ d-diskors tal-leader.

Fi żmien Mintoff u Karmenu kien ikun hemm Rialto ppakkjat. Fi żmien Alfred Sant kulħadd jattendi l-Ħamrun. Fi żmien Joseph bil-ġlied biex jidħlu biss delegati u jkollhom jarmaw speakers barra.

Din il-ġimgħa nirċievi messaġġ mill-President tal-Partit biex inġib miegħi nies oħra. Bdejt inrodd is-slaleb. It-tifel jaħdem f’ministeru u kien qalli li lil kull ministru qalulu jġib 15-il ruħ miegħu. Imma din li delegati jintalbu jġibu nies oħra qatt ma smajtha.

Aħjar minflok bagħtet dan il-messaġġ bla sens rat li tagħmel ix-xogħol ta’ President u tibda tisma’ lmenti tad-delegati.

4 thoughts on “Biex tintela’ s-sala għal waqt il-Konferenza Ġenerali tal-lum fl-10 am, il-ministri talbuhom iġibu 15-il persuna magħhom u lid-delegati nies oħrajn magħhom.

  1. Ovvja! Hemm mijiet jekk mhux eluf ta’ Laburisti mweġġa u mhux lesti li jivvutaw fl-elezzjonijiet li ġejjin. Hemm ministri arroganti, ministri li nqattgħu minn man-nies, oħrajn li kibritilhom rashom u oħrajn li għamlu f’qalżithom!!! Laburisti li minn dejjem kienu wara l-Partit u jaħdmu maċ-ċivil ġew imwarrba u oħra li dehru fl-aħħar snin litteralment jagħmlu li jridu! Ir-riżultat ta’ l-aħħar elezzjoni suppost li fetaħ għajnejn kulħadd fil-Partit Laburista, fejn naqqas tmien t’elef vot mill-elezzjoni preċedenti, imma jidħer li ma tgħallmu xejn!!!

  2. ”Biex tisma lid-delikati” dan min wiehed li ghandu it-tifel jahdem f’ministeru. probabli li ma renexxilux jihu dak li xtaq,

    1. Illami kemm nikkonkludu malajr affarijiet li ma jkunux vera!! Imma l-aqwa li nikkummentaw u nitfghu t-tajn.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *