Anġlu Gafa’ mhux ser jibqa’ Kummissarju tal-Pulizija

Dan is-sit jinsab infurmat li Anġlu Gafa’ mhux ser jibqa’ kummissarju tal-pulizija. It-terminu naturali ta’ Gafa’ wasal biex jiskadi. Dan is-sit jinsab infurmat li l-pjan tal-gvern hu li ma jġeddidx it-terminu ta’ Anġlu Gafa’ bħala Kummissarju tal-Pulizija u b’hekk tinsab persuna oħra għal din il-kariga. Ma jidhirx li f’dan l-istadju l-gvern għandu xi persuna f’moħħu. Peress li l-gvern mhux ser ikun qed iġedded it-terminu ta’ Gafa’ ma hux ser ikun qed jidher li keċċih imma biss mhux qed iġeddidlu l-kuntratt ta’ Kummissarju tal-Pulizija.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *