Rosianne Cutajar kellha aktar nies jagħtuha l-awguri tal-Għid mill-Prim Ministru: mhux ta b’xejn li ser iġib lil Manuel Cuschieri lura.

Minn attivista’ Laburista.

Ħadt gost naqra l-artiklu fuq dan is-sit dwar The Times u l-kriżi ta’ qarrejja li din il-gazzetta għaddejja minnu. F’dan l-artiklu sar referenza għall-fatt ta’ kemm kellha likes Rosianne Cutajar wara li tat l-awguri tal-Għid. Naħseb li l-komparagun ma kellux ikun ma’ Byron Camilleri li kellu elf like imma mal-Prim Ministru nnifsu. Il-Prim Ministru wkoll għamel post fuq Facebook biex jawgura l-Għid it-tajjeb lin-nies. Spiċċa kellu inqas likes minn Rosianne Cutajar anki jekk kellu aktar shares ta’ dan l-awguri milli kellha Rosianne Cutajar għall-awguri tagħha. Kif għidt int, l-awguri ta’ Rosianne Cutajar kellu aktar minn erba’ t’elef Like. Tal-Prim Ministru kienu ftit aktar minn tliet elef Like. Mela anki jekk kien hemm effort kbir, biex il-post tal-prim ministru jkun ixxerjat, xorta ma ġabx ħafna likes. Żgur li ma għaddiex lil Rosianne Cutajar. Hawn qed nitkellmu fuq il-Prim MInistru li jiġbor likes minn Malta kollha. Rosianne Cutajar l-aktar li tiġbor l-likes hija mid-distrett tagħha stess u b’post ta’ awguri li ġie shared minn ħafna inqas nies. Anki dawk li awguralha personalment kienu aktar minn dawk li għamlu l-awguri lill-Prim Ministru. Rosianne Cutajar kellha fua 1,8K ta’ awguri. Il-Prim Ministru kellu biss madwar 783.

F’dan il-kuntest, inti taħseb li r-ritorn ta’ Manwel Cuschieri fuq il-One kien b’kumbinazzjoni? Mhux qed tara li dan inġab lura fuq il-One biex forsi jiġborlu l-Laburisti għall-Ewwel ta’ Mejju! Ejja ngħiduha kif inhi. Min ser imur għal din l-attivita’? Mhux il-Laburisti akkaniti kienu dejjem imorru għaliha. L-Ewwel ta’ Mejju hija attivita’ mitqiesha bħala festa tagħhom. Din hija festa tal-Laburisti li bħali dejjem konna hemm – anki meta l-partit kien fl-Oppożizzjoni. Ħafna minna ilna imorru mindu konna tfal mal-ġenituri tagħna.

Infakkrek li s-sena l-oħra ġa kienu naqsu n-nies u ma kienx kapaċi jimla’ l-pjazza ta’ quddiem Kastilja. Immaġina kemm kien ser jimlieha din is-sena b’dan il-ġlied u nkwiet kollu mal-Laburisti. Ma hemmx dubju li kien qed jara li din is-sena kienet ser tkun agħar mis-sena l-oħra u kellu jagħmel kanossa u jġib lura lil Manuel Cuschieri fuq l-One.

Jien waħda li din l-attivita’ qatt ma kont nitlifha. Għiduli kif illum nista’ mmur għaliha meta Malta mimlija barranin li qed jieħdu xogħol il-Malti. Kif il-Prim Ministru jista’ jmur quddiem in-nies fl-Ewwel ta’ Mejju meta l-ħaddiema Maltin qegħdin jiġu stmati ħażin u dan qed isir apposta biex jitilqu ħalli jiġu replaced bil-barranin. Uħud mill-barranin qegħdin jaċċettaw paga inqas mill-Maltin ta’ €4.50 u ma għandhomx Union u jaċċettaw kollox. Hemm ħafna barranin, b’mod speċjali s-Sirjani li l-anqas ma jagħtu kontribut ta’ bolla u taxxa. Kollox isir b’permezz tal-cash. Imbagħad il-pulizija taqbad ma’ xi Malti għaliex ma ħallasx xi mitt ewro u tagħmel show bih!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *