Lest l-Arċisqof Scicluna jiċħad li kien ikollu laqgħat privati ma’ nies li jippropagaw il-mibegħda ġewwa pajjiżna?

Il-media tal-Knisja qaltilna li lbieraħ, waqt il-quddiesa tal-Għid, l-Arċisof Charles Scicluna pprietka kontra l-kultura tal-mibgħeda. Imma għala l-arċisqof ma jistax jittieħed bis-serjeta’ meta jitkellem kontra l-mibgħeda ġewwa pajjiżna? Għala kliemu jaqgħu fuq widnejn torox?

Infakkar lill-arċisqof f’dak li ili nikteb f’dan is-sit, li jekk hemm media li qed tmexxi din il-kultura tal-mibgħeda hija l-istess media tiegħu. Jekk hemm media li mexxiet u qed tmexxi kultura ta’ “cancel culture”, li din il-politika tal-mibgħeda hija marbuta magħha, hija l-media tal-Knisja.

Kull ma għandu jagħmel dan l-arċisqof huwa li jħares lejn l-interevisti u d-diskorsi li qed tagħmel il-kanċilliera tiegħu Alessandra Dee Crespo u jara fejnha l-vera politika tal-mibgħeda. Illum il-politika tal-mibgħeda qed titħaddem u titmexxa mill-istess palazz veskovili tiegħu. Jekk irid jisma’ l-politika tat-tkasbir, kull ma għandu jagħmel huwa li jisma’ ċertu programmi fuq il-media tal-knisja u jkollu prova. Il-Malti jgħid li biex tiskongra trid tkun pur.

Infakkru lil dan l-arċisqof, li hu ma ddejjaqx jieħu l-ktieb mimli mibgħeda li kiteb Manuel Delia – l-ateu u seħbitu dee Crespo. Ara dak iż-żmien ma qalx lil dawn it-tnejn li “Anke meta inti fis-sewwa: tkasbarx, tiddisprezzax, tgħajjarx”. Kieku jgħajruk għaliex huma fis-sewwa, fiha u ma fihiex. Dawn jgħajru lin-nies meta huma fil-ħażin!

Ara issa, dawn it-tnejn, jiġifieri Manuel Delia u Dee Crespo qed jargumentaw bil-kontra ta’ dak li kienu kitbu meta ppubblikaw dan il-famuż ktieb, wara li sieħibom Mark Camilleri – li jrid jikkanċella t-twemmin kattoliku minn Malta – ippubblika dawk il-famużi chats. Għalhekk l-arċisqof Scicluna għandu jistaqsi lilu nnifsu jekk hu stess, qattx mexxiex din il-kultura ta’ mibgħeda u ta r-riħ lil dawk kollha li kienu qed imexxuha.

Jiċħad l-Arċisqof Scicluna li kien ikollu laqgħat ma’ politiċi u f’dan il-laqgħat kien jitkellem kontra Adrian Delia, dak iż-żmien kap tal-oppożizzjoni? Din mhix politika ta’ mibgħeda?

Jiċħad Scicluna li kien ikollu laqgħat fil-privat ma’ Jason Azzopardi meta dan l-istess Jason Azzopardi kien qed jaqlibha lill-martu u meta kienet għaddejja kampanja ta’ mibgħeda minn dan Jason Azzopardi kontra dawk kollha li dan il-politiku ħalef li jeqred?

Jiċħad jew jikkonferma dan l-arċisqof li wara dawn l-laqgħat, l-istess media tal-Knisja kienet tikteb artikli jdoqqu l-iskotti għall-imħabba li l-awturi ta’ dawn l-artikli u programmi kienu juru lejn il-proxxmu?

Meta l-arċisqof Scicluna jkun f’pożizzjoni li jwieġeb dawn il-mistoqsijiet jibda’ jittieħed bis-serjeta’ kemm huwa verament kontra l-‘cancel culture’ u l-politika tal-mibgħeda ġewwa pajjiżna.

2 thoughts on “Lest l-Arċisqof Scicluna jiċħad li kien ikollu laqgħat privati ma’ nies li jippropagaw il-mibegħda ġewwa pajjiżna?

  1. Malta għandha trażżan “il-fabbriki tal-varjant” – Fr Joe Borg 22 ta’ Lulju 2021 Editorjali ta’ Newsbook. Still waiting for an apology from the Archbishop.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *