Where your opinion counts

Is-satira kontra Jason Azzopardi ġiet fi żmien ħażin meta monsinjur qrib tar-Repubblikini qed jimbotta kemm jiflaħ biex l-istess Jason Azzopardi jingħata l-annullament għax hu miskien!

Is-satira li saret kontra Jason Azzopardi ġiet fi żmien ħażin ħafna għall-istess Jason Azzopardi wara li nies qrib tiegħu kemm fil-kamp legali, ekkleżjastiku u anki tar-Repubblichini qed jimbuttaw kemm jistgħu biex it-tribunal ekkleżjastiku jiddikjara ż-żwieġ tiegħu bħala null. Dan is-sit jinsab infurmat li hemm monsinjur partikolari li jaħdem fit-tribunal tal-Knisja li qed jimbotta kemm jiflaħ biex Jason Azzopardi jingħata l-annulament. Hu qed jinsisti li Jason Azzopardi huwa “miskin”. Dan kliemu u mhux kliemi. Għal dan il-monsinjur id-dnub sar bil-menu. Jekk inti mar-Repubblichini, l-adulterju hu ġġustifikat għax int miskien!

Dan il-monsinjur hu qrib ħafna ir-Repubblichini u qiegħed fuq it-tribunal taż-żwiġijiet. Il-problema tinsab hawn. Kif inhi l-liġi llum, meta dan it-tribunal jwaqqa’ jew jannulla żwieġ, id-deċiżjoni ta’ dan it-tribunal tiġi rikonoxxuta mill-istat.

Imma din l-istorja ta’ dan il-famuż poster u reazzjoni tan-nies – li ma wrew xejn solidarjeta’ ma’ Azzopardi – ġabet tħassib serju fost ċertu nies tal-kurja għaliex kif il-Knisja toħroġ li tawh l-annulament qed jibżgħu baraxx kontra l-Knisja u l-arċisqof. B’hekk ħarġu jiġru l-akkolti u l-fidili, jgħajtu b’cancel culture u b’theddid kontra Azzopardi biex jippruvaw kemm jista’ jkun jikkreaw simpatija lejn Jason Azzopardi

Fuq kollox, mhux kulħadd hu tal-fehma ta’ dan il-monsinjur fil-Knisja. Hemm ħafna nies serji u ta’ fidi soda. Dawn qed iħossu li qed issir ħsara kbira lill-Knisja għal xejn minn din il-qrubija mar-Repubblichini. Imbagħad hemm dawk li jkunu fin-nofs. Dawn issibhom. bħal Pietru, jibżgħu mir-reazzjoni tan-nies. Hemm biża’ qawwija li dan il-każ tal-annullament ikompli jfarrak ir-reputazzjoni tal-Knisja li ġa hija waħda ħażina minħabba dawn l-alleanzi li l-Arċisqof Scicluna għamel mar-Repubblichini.

Kien għalhekk li dan il-poster, li kull ma għamel fakkar fl-adulterju li wettaq Jason Azzopardi, ġab dan it-terremot kollu għaliex finalment wera l-ipokrezija li teżisti llum fil-ħajja pubblika f’Malta. Infakkar, li fuq l-adulterju, il-Knisja ma tagħtix annullament. U issa jekk jingħata dan l-annullament, iċ-ċajta tkun li jekk trid annullament, ibda’ mur itlob fuq il-qabar ta’ Kristu!

One thought on “Is-satira kontra Jason Azzopardi ġiet fi żmien ħażin meta monsinjur qrib tar-Repubblikini qed jimbotta kemm jiflaħ biex l-istess Jason Azzopardi jingħata l-annullament għax hu miskien!

  1. Kullhad b’xortih. Ghawn min skapatura tgih b’zalza ghollha mill-huta u ghawn min tigih b’xejn. Biex issahah xortik trid kultant timla ftit bzizaq bil-pipi halli meta tigi bzonom is-sijbhom u meta jigi fuqek zmien hazin ALLA jiprovdilek bezzul min fejn terda ftit.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *