Illum għandha 400 persuna bla dar u 1300 persuna jgħixu fil-garaxxijiet: il-Ministru Galdes irid jieqaf jgħaddi lin-nies biż-żmien

Meta nismà lill Ministru Roderick Galdes jitkellem taħseb li kollox miexi ħarir u li f’pajjiżna m’għandniex problema ta’ social housing. Il-ġimgħa li għaddiet tkexkixt nismà lil Patri Marcelino jikkwota statistika tal-YMCA fejn qal li 400 persuna huma f’pajjiżna bla saqaf fuq rashom – illum ngħidulhom homeless – u 1300-il persuna jgħixu ġewwa l-garaxxijiet.

Quddiem dan kollu, dak li hu suppost gvern soċjalista u li suppost jgħin liż-żgħir u l-batut qed jibqà ċass. Il-ministru hekk suppost Soċjalista, Roderick Galdes, jiftaħar u jlablab ħafna imma din il-problema għadha problema u ma ġietx solvuta. Anzi jekk irridu nkunu onesti irridu nammettu li din il-problema qed tikber flok tiċkien.

Sena ilu proġett ta’ social housing fl-Msida kien għaddej full blast għax ovvjament kienet ġejja l-elezzjoni u kien hemm bżonn li nimpressjonaw u nitfgħu l-bżar fl-għajnejn. Hekk kif għaddiet l-elezzjoni kollox beda miexi b’pass ta’ nemla u illum sena wara ħadd m’għadu daħal joqgħod ġewwa din il-binja kif jixhed dan ir-ritratt.

Minn dan juri kif li-gvern li suppost huwa Soċjalista tilef ruħu u dak li jagħtih identità Soċjalista u minflok imbarka fuq tħanżir u korruzzjoni manja. Il-gvern li suppost Soċjalista nesà lil dawk l-400 persuna homeless u ħalla din il-binja vojta u flok investa l-flus f’ħutna l-Maltin bħalna interessah iktar li jinvesti flusna fil-persuni barranin, għand Steward permezz ta’ kuntratt deskritt mill Qorti bħala frawdolenti jew billi jiffinanzja l-gwerra ġewwa l-Ukraina.

Huwa għalhekk li s-surveys bdew juru li l-poplu qed jitlef il-fiduċja fil-gvern Laburista u l-gvern tilef il-popolarità sena biss wara l-elezzjoni ġenerali. Il-gvern tilef ir-ruħ soċjali tiegħu u mitluf f’dagħdija ta’’ arroganza liema bħala qed jinjora lil kulħadd inkluż lin-nies tieghu stess, aħseb u ara kemm ser jiftakar f’dawk li m’għandhomx saqaf fuq rashom.

Imma biex tkompli tgħaxxaqha mhux l-ewwel darba li l-gvern joħroġ xi stqarrija u jgħid li l-faqar qed jonqos f’pajjiżna. Saqsu lil Patri Marcelino li jitma dawk il-ħluq bil-guħ ta’ kuljum ħalli tmissu r-realtà b’idejkom u tkunu tafu mil-liema tbatija għaddejjin dawn in-nies. Ħa ngħidha ċara. Dawk li qed imorru jittalbu biex jieklu bukkun ma humiex barranin. Ma humiex suwed iżda Maltin bħali u bħalek li mhux qed ilaħħqu mal-ħajja.

Il-gvern għandu bżonn imur lura għall-għeruq tiegħu u jerġa’ jsir Soċjalista u jgħin lill-fqir u l-binja li tinsab nofs leħja titlesta u tingħata lil dawk li verament jinsabu bla saqaf fuq rashom u l-postijiet mhux jingħataw lil tal-qalba, dawk mid-distrett tal-ministru Galdes jew lil dawk li jridu biss ibiddlu l-lokalità.

Nisperaw li-Prim Ministru jagħti kas ta’ dan in-nuqqas u jintervejni ħalli tibda tittaffa’ din it-tbatija li għaddejjin minna dawn in-nies u jurina li verament li hu Soċjalista bil-fatti u mhux bil-paroli biss kif għamel fuq l-għolja tal-ħelsien ftit tal-ġranet ilu.

Nistennew u naraw!

One thought on “Illum għandha 400 persuna bla dar u 1300 persuna jgħixu fil-garaxxijiet: il-Ministru Galdes irid jieqaf jgħaddi lin-nies biż-żmien

  1. Imma l-aqwa li TVM news irraportat lil Rodrick Galdes jghid Jli ha jiżdied l-ammont tas-self fuq id-depożitu tal-10% lill-first-time buyers, li se tgħolli l-limitu fuq il-valur tal-proprjetà minn €175,000 għal €225,000. U Galdes qal li din hija weghda ohra mill-manifest elettorali mwettqa. L-ewwel nett, trid tara x’tixtri llum bi €225,000 u t-tieni nett, dan ifisser iktar dejn u iktar xi jhallsu ghax-xerrejja – u iktar stress u pressure.

    U lil Rodrick Galdes u lil dan il-gvern Socjalista nghidlu wkoll, li meta jiena spiccajt bla xoghol minhabba l-pressure li ghamel Abela fuq lil min ihaddem biex il-haddiema jiehdu l-vaccin, u mort nirregistra, spiccaw tawni 25 euro fil-gimgha. Ara b’mitt ewro fix-xahar x’se taghmel! U mbaghad kelli nispicca noqghod nibghat l-emails ecc biex imbaghad qaluli biex napplika ghal xi tip ta’ skema u b’hekk l-ammont tela’ ghal 387 fix-xahar. Ghidli bi 387 fix-xahar, b’loan ecc, x’taghmel?! U din persuna li studjat u gradwat u li hadmet u stinkat biex ikollha post taghha. Dan huwa l-mod kif nippremjaw lil min hu biezel fis-socjeta’?

    Imma mbaghad ma stahax jiehu lill-genituri tieghi fuq it-televixin. Ma ninsa qatt.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *