Il-mixja b’risq Puttinu tajba imma għandha ssir f’jum ieħor

Minn Edwin Vassallo

Il-mixja ta’ nhar Ħamis x-Xirka b’risq Puttinu Cares kienet organizzata bi skop tajjeb iżda l-fatt li hija organizzata f’Ħamis ix-Xirka, għalija, li jien delettant u devot ta’ dawn il-jiem qaddisa, nasal biex inħares lejn din l-attivita’ daqs li kieku, kif jgħidu bil-Malti “qegħdin nħottu knisja biex nibnu oħra”.

Qed naqsam dan il-ħsieb mal-organizzaturi u nitlobhom jikkunsidraw li jorganizzaw din il-mixja f’lejl ieħor u mhux f’Ħamis ix-Xirka. Nifhem li hemm argumenti favur li dan l-appuntament annwali għandu jibqa’ f’Ħamis ix-Xirka u nifhem ukoll li hemm argumenti bil-kontra li jiġġustifikaw għaliex jkun aħjar li tinbidel din id-data. Dan huwa l-argument tal-bajda u t-tiġieġa. Min minnhom tiġi l-ewwel? F’dan it-tip ta’ argumenti, l-intenzjoni li tagħmel id-differenza.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *