Adrian Delia jieħu n-naħa tal-barklori wara li dawn ġew minsija mill-Gvern tal-Ħaddiema u mill-awtoritajiet

Adrian Delia tella’ post fuq Facebook biex jagħti s-support tiegħu lill-barklori tal-Kottonera. Delia kiteb li “ma tantx hemm xi żżid għax il-weġgħa titkellem waħidha”. Kien għalhekk li hu tella’ sħiħa l-istqarrija li ħarġu l-Barklori iktar kmieni wara nofsinhar meta għamlu protesta biex forsi l-karba tagħhom tinstema.

Fl-istqarrija tagħhom il-barklori – li fil-maġġoranza assoluta huma Laburisti – qalu li huma minsijin mill-gvern tal-ħaddiema. Il-barklori komplew jiktbu u jgħidu:

Huwa b’diżappunt kbir li l-Gvern Laburista, donnu nesa’ l-ħaddiem iż-żgħir, qed jhedded l-għejxin ta’ familji Maltin kif ukoll huwa lest jeqerd Il-wirt storiku ta’ pajjizna. Il-barklori ilhom jaħdmu mill-venda ta’ quddiem id-Dwana l-Qadima minn żmien il-kavallieri. Ġew l-Ingliżi, għaddew żewġ gwerer dinjiji, kien hemm pandemija modjali u jidher li l-qerda tad-dgħajsa tal-pass ser issir taħt l-idejn ta’ gvern Laburista.

Minkejja diversi attentati sabiex tinstab soluzzjoni, jidher li Infrastructure Malta lesta tonfoq il-miljuni sabiex tibni moll ġdid li ser jokkuppa l-venda tal-Barklori, izda flus sabiex jiġi protett l-wirt storiku tal-pajjiz, u l-għejxin ta’ familji Maltin ma hemmx. Infrastructure Malta kienu pronti jieħdu l-venda tal-Barklori imma qegħdin jkaxkru saqajhom meta jiġu biex jipprovdu alternattiva xierqa sabiex Il-Barklori jistgħu jkomplu jaħdmu, jagħtu servizz tajjeb lit-turisti u jkomplu jsaħħu l-wirt storiku tal-pajjiz. Il-Barklori mhux ser jaccettaw alternattivi li fil-verita jfissru t-tmiem tas-servizz tagħhom. Il-Barklori rridu jaħdmu.

Hija inġustizzja kbira li minkejja ġenerazzjonijiet u kommunitajiet sħaħ ta’ Barklori li investew l-energija, il-passjoni, il-ħidma u l-flus personali tagħhom biex id-dgħajsa tal-pass tibqa’ parti ħajja mill-kultura Maltija, dan mhu qed jingħata ebda rikonnoximent serju mill-Gvern minkejja l-obbligu tiegħu li jipproteġi l-wirt storiku ta’ pajjiżna u minkejja l-obbligu tiegħu li ma jeqridx il-patrimonju Malti.

F’dan ir-rigward, mill-ministeri tat-Turizmu u tal-Kultura, s’issa l-Barklori ma sabu ebda appoġġ. Silenzju biss. Fejn huma d-drittijiet taż-żghir? Fejn huma r-rapprezentanti tal-poplu?

Aħna ħa nibqgħu nipprotestaw sakemm:

L-awtoritajiet relevant jipu madwar mejda biex nsibu soluzzjoni li tagħmel sens;

Sakemm hemm soluzzjoni permanenti, hemm bżonn li tingħata alternattiva temporanja li għandha jkollha lqugħ biex nkunu nistgħu naħdmu b’mod sigur u ma nipperikolawx il-passiġġieri li ngħabbu u lilna nfusna. Ma nistgħux nikkumbattu mal-mewġ tal-harbour ferry kull nofs siegħa.

Din l-alternattiva trid tingħata mill-iktar fiss possibli u qabel max-xogħol jikompli għaddej, b’rispett lejn-it turisti li jistħoqqilhom esperjenza li mhix mtabbna bit-trab u l-istorbju tal-kostruzzjoni u anke b’rispett lejna.

Ningħataw ftehim bil-miktub Li jirrifletti venda permanenti maghħżula bi qbil, li ġġib rispett lejn il-wirt storiku tal-pajjiż, ix-xogħol tagħna u d-drittijiet tagħna.

2 thoughts on “Adrian Delia jieħu n-naħa tal-barklori wara li dawn ġew minsija mill-Gvern tal-Ħaddiema u mill-awtoritajiet

  1. fi zmien fejn hafna mill-politici huma mal-forzi l-kbar u b’sahhithom, aktar hemm bzonn ta’ politici li jkunu man-naha tan-nies.

  2. Lima nazzjonalist qat ha in naha ta lawtoritajiet fi qwalinkwa tilwima li setta kien emm bejn lawtoritajiet u xi sezzjoni tal privat?.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *