Il-Gvern tal-Labour irid jieqaf jagħmel komparaġuni mal-imgħoddi: infakkar li hu tela’ biex jibda paġna ġdida mibnija fuq l-onesta u meritokrazija
Minn Osservatur Politiku
Qed inkunu xhieda ta’ argumenti li jagħmlu ir-rappreżentanti tal-Partit Laburista li jsibu konsolazzjoni billi jippruvaw jiġġustifikaw għemilhom u l-iżbalji tagħhom billi jipparagunawhom ma’ dak li sar fl-għaxar snin ta’ qabel. Ma jistax ikun li jibqa’ jintuża l-argument li l-iżbalji li saru f’dawn l-aħħar għaxar snin ta’ Gvern Laburista jfiequ għax jixxebbħu ma’ dawk li saru fl-aħħar għaxar snin ta’ Gvern Nazzjonalista.
Il-ħażin jibqa’ ħażin jagħmlu min jagħmlu. Il-ħażin ma jsirx tajjeb għaliex hemm ir-rappreżentanti tagħna fil-Gvern, jew kif ngħidu l-Gvern tagħna fil-poter. Kien hemm ħafna stanzi fejn kellu għal x’hix jiġi kritikat il-Gvern Nazzjonalista fiż-żmien meta kien fil-Gvern kif għandu għal x’hix jiġi kritikat il-Gvern Laburista li issa qiegħed fil-Gvern. Imma d-deputati Laburisti jħossuhom komdi jagħmlu l-paraguni maż-żmien ta’ Gvern Nazzjonalista biex jgħattu xturhom.
Fil-politika huma ftit l-istanzi fejn politiku jammetti li żbalja u jitlob skuża. Ħafna drabi nisimgħu bi skuża minn xi ħadd li jkun skuża ruħu għal xi ħaġa li tkun saret qabel żmienu minn xi ħadd ieħor. Ma tantx hi ħaġa faċli li tisma’ politiku li lest li jammetti li għaffeġ xi waħda minn tiegħu. Dejjem tinstab xi skuża jew oħra biex dak li jkun ma jammettix. Kemm tkun aħjar il-ħajja politika li kieku l-politiku jammetti li żbalja fil-pront u jistqarr li jitgħallem minn dak li jkun għamel.
Dan l-aħħar smajna ħafna kritika lejn il-Gvernijiet Laburisti fuq il-kuntratt tal-VGH. Biex tgħaxxaqha ħadd ma jrid jerfa’ r-responsabilita’ ta’ għemilu u l-Gvern kurrenti lanqas irid jerfa’ l-istess responsabilita’ għal dak li għamel Gvern Laburista qablu f’leġislatura preċedenti. Robert Abela qed isib diffikulta biex jammetti li fil-każ tal-isptarijiet kien il-Prim Ministru ta’ qablu li ħawwad waħda sew u li spiċċa weħel kundanna kerha ħafna.
Imma kieku l-politiċi meta jagħtu xi ass pubbliku jew propjeta’ tal-poplu lill-privat joqgħodu attenti li jagħmlu dan b’rettezza kieku ħadd ma jkollu għalfejn jikkritika. Iridu jiftakru wkoll li kull meta jqassmu propjeta’ tal-poplu għandu jagħmlu dan bi trasparenza assoluta, b’rispett lejn flus il-poplu li huma fdati fih fil-Gvern u b’dixxiplina ma’ dak kollu li jkunu qed jagħmlu. Il-kuntratti tal-isptarijiet huma evidenza ċara li ma sar xejn minn dan kollu meta ġew iffirmati. La kien hemm dixxiplina, la kien hemm rispett lejn flus il-poplu u żgur ma kienx hemm trasparenza.
Dak hu t tgergier mil laburisti genwini. Transparency u meritokrazija. Donnhom qabdu jindunaw bl izbalji li saru. To herr is human l ghar meta tippersisti liz zbalji.
Musmar milqut fuq rasu
Two wrongs those not make one right.