Where your opinion counts

Iktar minn €5,000 ta’ vaċċini mormija fil-ħabs: ma jittieħdux passi għaliex minn hu risponsabbli qrib ta’ ministru tal-gvern

B’kemm jiswew aktar minn €5,000 f’vaċċini kellhom jintramew minħabba traskuraġni. Dan ġara fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Dan is-sit jinsab infurmat li ftit tal-ġranet ilu nxtraw vaċċini tal-Hep B biex jingħataw lill-priġunieri li jkunu jeħtieġuhom.

Wara li dawn inxtraw mill-ħabs, għax il-gvern ma jtihomx b’xejn, saret id-delivery tagħhom fil-klinika li hemm ġewwa l-ħabs. Ġara iżda li meta saret din id-delivery, ic-Charge Nurse li kien hemm on duty, ma ħaditx ħsieb biex dawn jiddaħħlu fil-fridge biex iżommu t-temperatura meħtieġa. Dawn tħallew barra ħdejn il-fridge għal erbat’ ijiem sħaħ u ma ddaħħlux ġewwa. Din hija traskuraġni kbira. Irresponsabbiltà grassa!

Meta l-awtoritajiet tal-ħabs indunaw b’dak li ġara, baqgħu ma ħadu l-ebda deċiżjoni jew azzjoni biex jaraw x’ser isir b’dawn il-vaċċini.

Issa wieħed isaqsi, ic-Charge Nurse li kienet xogħol ser tgħaddi minn investigazzjoni talli meta kienet xogħol u hi kienet responsabbli u suppost rat li dawn il-vaċċini, li nxtraw mit-taxxi tagħna, jiddaħħlu fil-fridge kif suppost u dawn ma ddaħħlux? Ser issir dixxiplina magħha għal dan l-aġir ta’ traskuraġni? Imma din ic-Charge Nurse jidher li tagħmel li trid għax apparti li tagħmel l-arja b’Ministru partikolari minn Għawdex, hi ukoll biċċa waħda mad-Direttur tal-Ħabs li jipproteġiha all the way.

Li kieku hemm tmexxija serja u mingħajr impunità għandha ssir inkjesta serja biex jiġu stabbiliti l-fatti ta’ x’ġara eżatt u dan għaliex il-vaċċini li jiswew eluf ta’ euro tħallew barra. Dan faċli li jistà jsir għax f’post mimli CCTV cameras il-verità ta’ dak li ġara m’hu ser igiddiba u jħassarha ħadd.

Dan jikkuntrasta bil-kbir ma dak li għadu kemm qal il-Ministru tal-Finanzi, Clyde Caruana, il-ġimgħa li għaddiet fil-Parlament meta saħaq li l-gvern għandu jkun kawt u responsabbli fin-nefqa tiegħu. Imma jidher li għall-ħabs money no problem għax vaċċini li jiswew aktar minn €5,000 ser ikollhom jintremew kawża tal-inkompetenza u l-irresponsabbiltà ta’ Charge Nurse.

Nistennew u naraw!

8 thoughts on “Iktar minn €5,000 ta’ vaċċini mormija fil-ħabs: ma jittieħdux passi għaliex minn hu risponsabbli qrib ta’ ministru tal-gvern

  1. Prosit li kxiftu dan l-iskandlu.

    Il-vaċċini jsalvaw il-ħajjiet.

    It-tilqim, kif kienu jsejħulu dari, ikkontrolla mard infettiv qerriedi li ħassar u temm ħesrem ħafna ħajjiet: il-polio, it-tetnu, l-epatite (bħal dan il-każ hawn fuq), il-ġidri, il-ħożba u oħrajn.

    Il-Gvern jibgħat jixtru l-vaċċin tal-epatite lil dawk li jkollhom bżonnu meta f’pajjiżi oħrajn dan jingħata b’xejn. Imma mbagħad jaħli dawn il-flejjes fl-istess vaċċin u issa jittieħdu passi skont il-politika, l-influwenza u fatturi oħrajn tal-ħati jew ħatja.

  2. Tant hi b sahhita din ic charge nurse, ghawdxija li anke ftit tal gimghat ilu dahlet persuna mil familja taghha, biex tabib tal habs johodlu demm gol habs…. Mela l habs sar out patients issa? Ma’ ghadux post ta’ sigurta ?

    1. Kulhadd kapaci jikteb jivvinta u jataka… Hawn gejt tikumenta fejn tinheba? Ghamel dawn l akkuzi fuq il fb veru tieghek jekk int bil bajd u mhux fuq isem falz bhalek.
      Regards

      1. Ghaziza Gordina

        Jiena ma’ ghandix facebook u dejjem kont konsistenti fil kitbiet tieghi, f din u artikli ohra.
        Ghala din l aggresitiva kollha?
        Ghal jista jkun mintiex nurse insemmija ukoll? Ghax profil falz ghsndek bhal l isem.
        Insellimlek.

  3. Ħa nżid xi ħaġa oħra, tant hija bla skrupli din il-mara u team tsgħs, waħda minnhom ukoll kienu qabduwha toħroġ il mediċini min ġol ħabs, u dan irrapurtat ukoll fil ktieb ta Holmes…

    Dan l aħħar din charge nurse qed tallega li wieħed mit tobba allegatment għamel harressment u assault. Marru għand il MUMN u ħarġu direttivi kontriħ, biex ma jkellmħux u ma jidħlux clinics miegħu.

    Dan kollu għax trid tilħaq manager ġol MI room din l Għawdxija u waħda min sħaba charge nurse minfloka, u l oħra li serqet il mediċini tilħaq senior staff nurse. Ovjament hija b saħħita mal ministru u CEO tsl ħabs… li anke lil CEO gċenet biex jilħaq hu

  4. Ħa nżid xi ħaġa oħra, tant hija bla skrupli din il-mara u team tsgħs, waħda minnhom ukoll kienu qabduwha toħroġ il mediċini min ġol ħabs, u dan irrapurtat ukoll fil ktieb ta Holmes…

    Dan l aħħar din charge nurse qed tallega li wieħed mit tobba allegatment għamel harressment u assault. Marru għand il MUMN u ħarġu direttivi kontriħ, biex ma jkellmħux u ma jidħlux clinics miegħu.

    Dan kollu għax trid tilħaq manager ġol MI room din l Għawdxija u waħda min sħaba charge nurse minfloka, u l oħra li serqet il mediċini tilħaq senior staff nurse. Ovjament hija b saħħita mal ministru u CEO tsl ħabs…

  5. Ħa nżid xi ħaġa oħra, tant hija bla skrupli din il-mara u team tsgħs, waħda minnhom ukoll kienu qabduwha toħroġ il mediċini min ġol ħabs, u dan irrapurtat ukoll fil ktieb ta Holmes… Dan l aħħar din charge nurse qed tallega li wieħed mit tobba allegatment għamel harressment u assault. Marru għand il MUMN u ħarġu direttivi kontriħ, biex ma jkellmħux u ma jidħlux clinics miegħu. Dan kollu għax trid tilħaq manager ġol MI room din l Għawdxija u waħda min sħaba charge nurse minfloka, u l oħra li serqet il mediċini tilħaq senior staff nurse. Ovjament hija b saħħita mal ministru u CEO tal ħabs…

  6. Taf x inhu jingħad Profs, ġewwa l ħabs, u bi ċert, li ma’ għidtx il verita, u ma ntremma xejn. Allura qed jalludu li mintiex tgħid il-verita.

Leave a Reply to Gordon Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *