Tgħid Robert Abela ser jaqa’ għar-rikatt ta’ Mark Camilleri u jkeċċi lil Rosianne Cutajar?
Minn Edwin Vassallo.
“Ħadd ma hu akbar mill-Partit”. Dan huwa kliem li jgħidu xi mexxej ta’ partit politiku meta jkun jrid ikeċċi lil xi ħadd. Kap jew mexxej isib ir-refuġju f’dan il-kliem meta jkun jrid jitlob r-riżenzja ta’ xi deputat jew deputata. Infakkar li l-ebda kap jew mexxej ta’ partit ma jista’ jkeċċi deputat mill-parlament. Is-siġġu huwa tad-deputat jew deputata. Huwa wieħed personali u mhux tal-partit. Dak li jista’ jagħmel huwa li jkeċċiha mill-grupp parlamentari Laburista.

Tgħid b’dan id-diskors, Robert Abela, kien qed jipprepara għar-riżenzja tal-Onor Rosianne Cutajar? Tgħid il-Prim Ministru, Dr. Robert Abela, ser jaqa’ għar-rikatt ta’ Sur Mark Camilleri? U jekk ikeċċiha mill-grupp parlamentari, dan x’ser ikun ifisser għall-Prim Ministru Abela? Ser ifisser li hu laqgħi ta’ Camilleri, ta’ Repubblika, tal-PN? Kif ser jidher quddiem niesu? Qed ngħid dan għaliex ma tantx għandu għażliet, għaliex l-unika ħaġa li jista’ jagħmel hu li jkeċċiha mill-grupp parlamentari imma ma jistax ikeċċiha la mill-parlament u lanqas mill-Partit Laburista għaliex naħseb li biex jagħmel din tal-aħħar irid imur quddiem konferenza ġenerali.
U x’jiswa jekk jkeċċi lil Rosianne Cutajar u dawk li qed jaħtfu bħalissa, jibqgħu jaħtfu u jieklu b’għaxart iħluq? U n-nazzjon Maltija xi tkun ħadet minn din it-tkeċċija jekk Robert Abela ser jibqa’ jagħlifhom lil min qed jiekol b’għaxart iħluq? Fuq Rosianne Cutajar qed nitkellmu fuq preżunti abbużi li seħħew numru ta’ snin ilu. Dawn l-allegazzjonijiet żgur saru qabel l-elezzjoni li għaddiet. U dawk li qed jiffangaw bħalissa, għala ħadd ma jrid jitkellem dwarhom u jsemmihom? Għala tar-Repubblika ħalqhom magħluq dwarhom?
Jekk Robert Abela irid tassew juri lill-poplu Malti, li bħala Prim Ministru – he means business – jrid jara li l-ġustizzja issir u tidher li qed issir. Allura jrid idur lura mid-deċiżjonijiet li fihom sinjali ta’ shady business u jikkoreġihom. Irid idur lejn dawk li taħtu qed jitħanżru. Iridu jara sew x’ġara fuq numru ta’ biċċiet ta negozji jintnu li seħħu under his watch. Fosthom insemmi:
1 il-bejgħ tal-art tal-Mellieħa
2 jara li jsir l-inkjesta pubblika fuq il-mewt ta’ żagħżugħ Jean Paul Sofia u mhux qed jevita li jagħmel inkjesta għaliex f’dan il-każ hemm involut ix-xufier taċ-CEO tal-awtorita tal-artijiet, liema CEO ġie mqiegħed fuq din l-Awtorita’ minn Robert Abela nnifsu.
3 jwaqqaf il-ħlas u l-impjiegi ta’ persuni li għandhom impjieg fantażma mal-gvern.
4. Jara li fuq bordijiet joqgħodu nies idonei u mhux spiċċajna b’numru ta’ persuni, inklużi nisa ta’ ministri jew membri tal-korp li l-unika kwalifika li huma nisa ta’ persuni tal-qalba ma’ Robert Abela.
5. Jara li ma jkunx hemm min qiegħed fuq aktar minn bord wieħed.
6 jeħles lill-pajjiżna mil-ħakma tad-dittatura tal-ideoloġija tal-ġeneru.
7. Jerġa’ jagħmel minn Malta stat verament newtrali.
8. U jara li jġib lura l-flus li insterqu minn Vitals u Steward Health Care.
Dawn huma biss ftit eżempji li Abela jrid jagħmel biex juri li huwa – his own man. Meta jagħmel dawn l-affarijiet li semmejt hawn fuq juri li ma hemm ħadd fuqu. Jekk mhux kapaċi jagħmel dawn l-affarijiet, allura Rosianne Cutajar faċli tkun mibdula f’ħaruf ta’ sagrifiċċju ħalli din il-mara tmut għall-ħafna. Fi kliem ieħor hemm bżonn politiku li Rosianne Cutajar titkeċċa mill-grupp parlamentari biex l-oħrajn jibqgħu jieklu b’għaxar t’ilħuq. Ħa naraw jekk hux il-kas li lil Abela hemm min qed jgħidlu kif kienu qalu fis-Sinedriju elfejn sena ilu – “Anqas ma intom tqisu li jaqblilkom jekk imut bniedem wieħed għall-poplu u mhux jinqered il-ġens kollu.” (Ġwanni 11.50) Iżda Rosianne Cutajar ma hix is-soluzzjoni tal-problema. Il-brimba tal-korruzzjoni hemm ser tibqa’. Ħa naraw min ser jidħaq b’min u ta’ min ser tkun l-aħħar daħqa? Ħa naraw min ser jifraħ li rebaħ u mbagħad jinduna li jkun għamel patt imxajtan.
Għada jisbaħ jum agħar mill-lum, f’dik li hija korruzzjoni f’dan il-pajjiż, iżda l-aqwa li kellna l-mewt tal-vittma u l-imperaturi baqgħu jiftehmu bejniehom fuq il-mejda tal-poter. Iż-żmien jagħtina parir.
B’ħafna rispett lejn Edwin Vassallo
li dejjem ammirajt u vvutajtlu,
imma issa f’dal-pajjiż
kollox ta’ taħt fuq:
Edwin Vassallo jiddefendi
lil Rosianne Cutajar!!!
Imma skuzi ta – allura intom qed tiddefendu lir-Repubblica & Co, u lil Camilleri? Ghandkom l-icken idea li dawn ic-chats mhux suppost inhargu u li kien hemm ksur kbir tal-ligi! Ma ssaqsux minn ta dawn ic-chats lil Camilleri? Minn mindu lil hawn, sar hawn nies li huma ‘l fuq mil-ligi? Tahsbu li Cutajar biss hija parti mill-hnizrijiet? Min jaf kemm hemm aghar miz-zewg nahat! Intom taqrawhom il-blogs halli tiehdu perspettiva l-opposta u tindunaw kif qed tigu mahduma wahda u sew minn koalizzjoni ta’ korruzzjoni u nies li b’vendetta, jridu jeqirdu lil kulhadd?
Sorry .imma min ikommenta wabli ma fhemx il kuncett .ma fhemx x ried jispiega edwin.imma birx nehilsu mill korruzioni irridu nibdew min ximkien