Il-wegħda elettorali tal-remote working mhux talli mhux ser titwettaq, talli r-remote working qed jitneħħa bil-mod
Dan is-sit jinsab infurmat li remote working ser ikun ridott għall-ġurnata waħda biss fil-ġimgħa. Din ser tkun miżura li ser tolqot ħażin mijiet ta’ ħaddiema. Kulħadd jaf li hemm mijiet ta’ ħaddiema li jaħdmu fis-servizz u s-settur pubbliku permezz tar-remote working. Ir-remote working kien strumentali fi żmien il-pandemija tal-COVID-19 tant li f’Ottubru 2021, l-eks-Segretarju Permanenti Prinċipali, Mario Cutajar, kien ftaħar u qal li s-servizz u s-settur pubbliku baqgħu jaħdmu u għaddejjin bil-ħidma normali waqt il-pandemija, anki grazzi għar-remote working. U dan hu minnu. Tant hu hekk li r-remote working kien ġie deskritt bħala suċċess. In fatti kienu anki żdiedu l-ġranet li wieħed seta’ jaħdem permezz tar-remote working.
Kulħadd jiftakar li sena ilu waqt il-kampanja elettorali, il-Prim Ministru Robert Abela kien jiftaħar u jgħid li gvern Laburista tant jemmen fir-remote working li kien bi ħsiebu li jtejbu u jħallih.
Issa li għaddiet sena mill-elezzjoni u mill-ftaħir elettorali, il-kliem inbidel. Dan is-sit jinsab infurmat li f’Kastilja, sewwa sew fl-uffiċju tas-Segretarju Permanenti Prinċipali qed isiru manuvri biex ir-remote working jitnaqqas għall-jum wieħed biss fil-ġimgħa. Iva sewwa qrajt, ġurnata waħda biss fil-ġimgħa ser ikun allokat għar-remote working.
Tant hu hekk, li l-korsijiet li kienu jsiru għal dawk interessati li jibdew jagħmlu użu mir-remote working twaqqfu ħesrem. Il-ġimgħa li għaddiet saru laqgħat biex id-devices li ngħataw lill-ħaddiema li jaħdmu bir-remote working jinġabru kollha lura.
Wieħed isaqsi, issa x’ser isir minn dawk il-hubs li l-gvern kien investa eluf ta’ euro fihom biex ikunu jistgħu jintużaw minn dawk il-ħaddiema li jkollhom bżonnhom meta jaħdmu bir-remote working? X’ser isir minn dawk id-devices li nxtraw b’eluf ta’ euro biex tqassmu lill-ħaddiema li jaħdmu bir-remote working? Kien hemm min qal li fl-uffiċju tas-Segretarju Permanenti Prinċipali kien issuġġerit li l-ħaddiema ser jingħataw l-għażla li jixtru d-device għal €25 billi dawn issa mhux ser jintużaw iktar għar-remote working u mhux ser ikun hemm użu aktar għalihom.
Dan hu ngann sfaċċatt għall-ħaddiema tas-settur u s-servizz pubbliku jew nuqqas ta’ pjanar serju mill-gvern. Infakkar li sena ilu ħafna ħaddiema tal-gvern emmnu lill-Prim Ministru Abela meta, waqt il-kampanja elettorali, kien wiegħed li ser isaħħaħ u jtejjeb ir-remote working. Issa sena wara, l-istess gvern qed jara kif ir-remote working jiġi ridott għall-jum wieħed biss fil-ġimgħa.
Persuna li ser tkun milqutgħa ħażin minn din il-miżura kkuntattjat lil dan is-sit u qalet, “Mhux ta’ b’xejn li surveys qed juru li l-gvern Laburista u l-Prim Ministru Abela qed inaqqsu mill-popolarità tal-poplu Malti u Għawdxi!“
Robert Abela ma jistax jifhem x’jiġifieri tkun ħaddiem għax hu trabba fil-fsied, jaħtaf flus il-poplu.
U nzidu fit-traffiku ezagerat li sar ghandna f’dal-pajjiz, f’kull hin u f’kull mument. Qisna sardin. Lanqas baqa’ kwalita’ ta’ hajja f’dan il-pajjiz, hlief ghal min ghandu xi vilel bil-pool u xi zewg jottijiet. Imma l-aqwa li bi skuza ta’ “pandemija” hloqna r-remote working u nfaqna hafna flus. U l-haddiema kellhom jaddattaw ghal schedule gdid. Imma issa l-gvern qed jerga’ juzahom bhal pupazzi u jghidilhom li daqshekk ghandu bzonnhom gewwa ghax il-virus ghosfor. Issa mhux se jgib l-iskuza tal-climate change wkoll hux – li jghidilna li qed inzidu l-emissjonijiet minhabba l-karozzi fit-toroq! E imma nsejt li qed jaghti l-eluf f’sussidju biex jinxtraw l-electric….