Bernard Grech jerġa’ jirrepeti li post Roberta Metsola hu fl-Ewropa

Minn osservatur politiku.

Bernard Grech mhux biss qed jiddeċidi l-futur tiegħu, imma dak ta’ ħaddieħor. Int oqgħod hemm bħala MEP u jien noqgħod hawn bħala kap. Dan id-diskors intqal minn Bernard Grech meta kien qed jirrispondi l-ġurnalist ta’ The Times f’dawn l-aħħar siegħat. Dan hu t-tieni diskors wara tas-Sibt li għadda, fejn Bernard Grech reġa’ għamilha ċar li post Roberta Metsola hu fl-Ewropa u mhux f’Malta.

Dan diskors li jistona ma’ dak li kien qal bħal daż-żmien sena meta kien talab vot ta’ fiduċja aktar b’saħħtu wara t-telfa kbira tal-elezzjoni ġenerali. Hu kien talab mandat imma wiegħed li kien lest joqgħod għall-ġudizzju tat-tesserati u l-kunsilliera tal-Partit wara l-elezzjonijiet tal-parlament Ewropew.

Ovvjament irrisponda fuq din il-linja wara li ħareġ l-istħarriġ matul dawn l-aħħar ġranet. It-Times of Malta għamlet stħarriġ dwar min għandu jkun Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan irriżulta li Roberta Metsola hi fil-vantaġġ u warajha hemm Adrian Delia. Mela Bernard Grech spiċċa bħala it-tielet għażla u b’perċentwali baxxi. Bernard Grech mhux baħnan. Induna li ta’ The Times ġa qed iħejju t-triq biex Metsola tilħaq minn floku.

Biex kulħadd jifhem il-kuntest ser nikkwota dak li qal Bernard Grech fir-risposti tiegħu lill-ġurnalist ta’ The Times:

Jekk Alla jrid, fl-elezzjoni li jmiss terġa’ tkun MEP fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista, kif fil-fatt hi diġà kkonfermatli. Allura nħares ’il quddiem biex inkomplu naħdmu flimkien, jiena bħala Kap u hi bħala MEP tal-Partit Nazzjonalista.”

Dan hu messaġġ ċar lil Roberta Metsola u lil kull min qed jitħajjar jibdel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Fi kliem ieħor qed jgħid li ma jimpurtah xejn minn dak li qal bħal daż-żmien sena u lanqas se jagħti każ ir-riżultat tal-elezzjonijiet li ġejjien għax hu kien Kap, qiegħed Kap u ser jibqa’ Kap jiġri x’jiġri. Mela dan id-diskors qed jingħad meta hemm kampanja interna kontra tiegħu. Imma jidher ċar li Bernard Grech qiegħed ġa jaħdem biex jilqa’ għall-isfida u qed iwassal messaġġ ċar li huwa, bħala Kap tal-Partit – is there to stay.

Meta mistoqsi jekk jikkonsidrax iwarrab is-sena d-dieħla wara l-elezzjonijiet Ewropej, huwa qal

“Jiena kkonċentrat biex naħdem ħalli llum nagħmel dak li t-tesserati eleġġewni biex nagħmel u l-kunsilliera kkonfermaw biex jiena nkompli nagħmel. Insellmilkom.

Apparti li qal ħażin meta qal li t-tesserati eleġġewh għax ma kienx mar għall-vot tat-tesserati wara t-telfa elettorali imma qagħad biss fuq il-votazjoni tal-kunsilliera, dan id-diskors jikkonferma dak li diġa’ qal dan is-sit li Bernard Grech iddeċida l-futur tiegħu li jibqa’ kap tal-Partit Nazzjonalista, jkun x’ikun ir-riżultat tal-elezzjonijiet Ewropej.

2 thoughts on “Bernard Grech jerġa’ jirrepeti li post Roberta Metsola hu fl-Ewropa

  1. Sewwa qalilha.

    Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jintgħażel skont l-istatut tal-istess partit, mhux minn-Newsroom tat-Times biex mingħalihom jagħmlu lill-PN partit abortista.

    Qalilha sewwa ħafna.

  2. Daz-zgur ghax iz-zejza ta’ Kap tal-Opozozzjoni ma jridx jitlifha. Il-PN spicca hijacked minn kap ghazzien, injurant, egojist, limitat u mejjet bil-guh.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *