Bernard Grech jerġa’ jappella lill-Laburisti biex jiġu mal-PN

Minn osservatur politiku

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, meta kien qed jitkellem f’attivita’ politika ġewwa Għawdex, għamel appell biex dawk kollha li qatgħu qalbhom mis-sistema politika f’pajjiżna jfittex lill-Partit Nazzjonalista. Huwa appella lil-Laburisti, lin-Nazzjonalisti, lil dawk li ma għandhomx partit, liż-żgħir u lil min jħossu waħdu biex jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista.

Bernard Grech qed jagħmel l-appell tiegħu biex jgħaqqad flimkien lin-nies Maltin u Għawdxin taħt bandiera waħda, dik tal-Partit Nazzjonalista. Wieħed jimmaġina li dan qed jagħmlu għax iħares lejn ir-riżultati li qed joħorġu mill-istħarriġ li qed isir fil-gazzetti lokali. Jidher minn dan l-istħarriġ li n-numru ta’ dawk li ma jridux jivvutaw qed dejjem jikber u allura jrid jipprova jagħmel xi ħaġa biex forsi jiġbed lejh uħud minn dawn in-nies lejn il-Partit Nazzjonalista.

Bernard Grech qed jgħid li jixtieq jara aktar nies jidħlu f’koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalista. Dr Grech qed jifhem li ħafna minn dawk in-nies li ma jridux jivvutaw mhux qed juru fiduċja fil-Partit Nazzjonalista, tant li l-Partit Nazzjonalista, mhux qed jidher iżid fl-appoġġ lejh kull darba li joħroġ sondaġġ. Dan huwa nkwetanti għall-partit fl-Oppożizzjoni għax jidher ċar li dan l-istess Partit mhux qed iżid fin-numru ta’ dawk li beħsiebhom jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni li jmiss.

Huwa għamel referenza ukoll lejn is-serq u l-korruzzjoni min-naħa tal-Gvern li qed ikun rraportat frekwentatment fil-gazzetti lokali. Dr Grech kompla jgħid li jeżistu ħafna nies li jħaddnu twemmin Laburista li qed jiddejqu minn din l-attitudni tal-Gvern. Huwa għamel referenza li f’dan il-kuntest hemm ħafna nies li qed jirrikorru għand il-Partit Nazzjonalista u qed jidħlu tesserati fil-partit tiegħu.

Meta wieħed jirrifletti fuq dan il-fatt li semma Dr Bernard Grech, wieħed jistaqsi kif dan mhux qed jiġi rifless fis-sondaġġi li qed joħorġu? Qed jingħad dan għaliex għalkemm il-Partit Laburista qed jitlef mill-appoġġ tiegħu, minħabba dan it-tgergir kontra l-gvern, dan mhux qed ikun rifless fiż-żieda tal-voti lill-Partit Nazzjonalista. Tant hu hekk li min-numri li joħorġu qed naraw li meta jonqos l-appoġġ fil-Partit fil-Gvern qed jirrifletti ruħu f’dawk li ma jridux jivvutaw u dan il-perċentwali qed jiżdied b’mod drastiku.

Allura l-konklużjoni toħroġ waħedha. Dr Bernard Grech mhux qed jattira voti ġodda. Lanqas qed jattira l-vot ta’ dawk li mdejqin bl-attitudni tal-Gvern. U lanqas qed jattira voti tal-Laburisti. Mhux biżżejjed tgħid lin-nies ejjew magħna. In-nies irid ikollhom raġuni għaliex jiġu mal-Partit Nazzjonalista. Meta n-nies jaraw din il-politika tal-mibgħeda li qed tkun imħaddma minn dan il-partit, in-nies mhux ser turi l-fiduċja lejn il-PN. In-nies ta’ rieda tajba mhux ġejjin ma’ partit li huwa biċċa waħda mar-Repubblichini.

U dan huwa ta’ tħassib meta tqis li l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali ma humiex qiegħdin il-bogħod.

2 thoughts on “Bernard Grech jerġa’ jappella lill-Laburisti biex jiġu mal-PN

  1. Bernard Grech hu bniedem ġenwin li jrid ikollu l-appoġġ biex fl-erba’ snin li ġejjin ifassal viżjoni għall-pajjiż dwar numru ta’ oqsma importanti u jħejji n-nies biex jattwawha mill-gvern.

    B’hekk biss jista’ l-pajjiż ikollu tama ta’ alternattiva għaċ-ċorma kriminali li hawn fil-gvern.

    In-nies qed jindunaw li l-Labour hu organizzazzjoni li ffrodathom, serqithom u qiegħda hemm biss biex l-ogħla nes fiha jixxaħħmu. Hu ċar ukoll li n-nies mhumiex iħarsu lejn partiti politiċi ġodda jew żgħar. In-nies jistennew it-tweġibiet mill-Partit Nazzjonalista.

    Il-problema hi li għandek numru ta’ forzi jimminaw l-unika alternattiva li hemm. Min mil-Lemin jattakka lil Bernard Grech għax mhux Lemini biżżejjed jew għax numru ta’ nies fuq il-Lemin għandhom antipatija personali għal Grech, u min mix-Xellug jattakka lil Bernard Grech għax mhux Xellugi biżżejjed.

    Michael Briguglio għamel blogpost eċċezzjonali ftit ilu li ġiet ikkwotata tajjeb ħafna f’dan is-sit: nies minn xaqlibiet differenti jeħtieġ jissospendu l-antipatiji personali u jaħdmu flimkien fuq dak li jaqblu biex Malta tagħmel il-bidla li l-poplu jrid. Din il-bidla tista’ ssir biss b’alleanza li fil-qalba tagħha jkun hemm il-Partit Nazzjonalista. Hekk dejjem ġara fil-kwistjonijiet kbar li kellu quddiemu l-pajjiż: is-sovranità, id-demokrazija, l-Ewropa u issa l-Istat mixtri.

  2. The wave away from Labour has started. But as soon as the Leader of the Nationalist Party starts picking up support, as he is in fact doing in all polls, the Times puts him in Roberta Metsola’s shadow, creating the myth, or wishful thinking, that Metsola will come and save the Nationalists and Malta in some unlikely future.

    It’s like a man having a nice, but not exceptionally pretty girlfriend, with whom he can get married and live reasonably happy. But a friend of his tells him another girl, who is exceptionally beautiful, will marry him, but she can’t yet get herself to leave her present very rich boyfriend. The first man will marry neither of them: in his quest for the perfect girl, he loses both her (who in any case was never going to leave her rich boyfriend) and the other girl with whom he could have led a happy life and family.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *