L-inflazzjoni qed tħalli l-effett tagħha fuq il-poplu Malti
Minn osservatur politiku
Huwa veru li ħafna nies jiġġudikaw lill-Gvern tagħhom b’kemm ikollhom flus fil-but. Pajjiżna mhux eċċezzjoni. Il-Maltin jagħtu importanza kbira kif il-Gvern jolqot il-but individwali tagħhom u dan jidher minn dak li ġara f’dawn l-aħħar għaxar snin meta l-Partit Laburista lagħab din il-logħba b’inteliġenza kbira.
Imma l-inflazzjoni qed tħalli l-effetti tagħha. Kważi kollox sar iktar għali u n-nies b’mod definit mhux kuntenti b’dak li qed jiġri anke f’pajjiżna. Il-problema tal-inflazzjoni magħġuna mat-taħwida li ħarġet mill-każ tal-isptarijiet fejn inkixfu diversi skandli u korruzzjoni, żiedet l-effett negattiv fuq il-votant tant li l-partit fil-Gvern f’dawn l-aħħar sondaġġi ħa daqqa tajba fl-appoġġ tiegħu, anki jekk issa jidher li rkupra xi ftit.
Il-poplu ma għadux injorant jew lanqas għadu b’għajnejh magħluqin u jivvota kif dejjem għamel, imma issa sar jagħraf min qed jagħmel il-ġid u jekk għandux jibqa’ jtih l-appoġġ bil-vot tiegħu. Hawn anke laburisti akkaniti li mhumiex kuntenti li fl-aħbarijiet qed jixxandru atti ta’ korruzzjoni u li l-ftit qed jiffangaw waqt li huma jiġġieldu mal-kontijiet li jridu jiffaċċjaw kull xahar.
Il-Gvern Laburista qed jiġi mfaħħar għax qed iżomm ekonomija b’saħħitha, għax qed iżid it-turiżmu u talli rnexxielu javvanza ħafna f’miżuri soċjali. Imma huma ħafna dawk li jħarsu wkoll lejn l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni, in-nuqqas kbir ta’ attenzjoni lill-ambjent u diversi deċiżżjonijiet ħżiena li qed jirrabjaw lill-Laburisti stess, li għamel il-Gvern ta’ Robert Abela u qablu Joseph Muscat. Imma jidher li b’abilta’, Robert Abela qiegħed jirnexxielu jiddisassoċja ruħu minn ma’ Joseph Muscat.
Ma tistax ma tfaħħarx lill-Gvern li żamm in-numru ta’ nies bla xogħol baxx ħafna. Ma tistax ma tikkonsidrax b’mod tajjeb il-mod eċċezzjonali li ħareġ mill-pandemija u kif iġġieled dan il-virus. Ma tistax ma tirringrazjax tas-sussidju fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Ma tistax tinsa li l-miżuri soċjali żdiedu. Ma tistax ma tagħtix każ li t-taxxi ma żdiedux f’pajjiżna f’dawn l-aħħar snin. Ma tistax ma tinnotax li fejn ħafna pajjiżi fl-Ewropa, u anke barra mill-Ewropa, qed jiffaċċjaw sfidi kbar, hawn Malta qed nirreġistraw żidiet ekonomiċi.
Imma xorta jibqa’ l-fatt li dan il-Gvern għandu fuq x’hix jinkwieta. Huma ħafna li ma tantx qed jinżillhom sa griżmejhom, il-fatt li l-Gvern qala’ kundanna qawwija fil-każ tat-tliet sptarijiet meta suppost induna b’dak li kien qed jiġri matul is-snin. Huma ħafna dawk li ma jistgħux jaċċettaw iżjed il-kxif ta’ aktar skandli li ġejjien fuq pajjiżna mill-era ta’ Joseph Muscat. Donnu dan il-pajjiż wiret dawn l-iskandli u ser ikollu jibqa’ imwikki bihom.
Biss ma tistax ma tfakkarx li għalkemm il-Gvern għamel ħafna tajjeb, xorta qed jiffaċċja kritika leġittima minn diversi setturi fil-pajjiż. Li għandu favur tiegħu dan il-Gvern huwa l-fatt li l-Oppożizzjoni għadha ma ħarġitx b’xi viżjoni kostruttiva, għadha maqbuda mal-aġenda tal-mibgħeda u allura għadha l-bogħod biex tiġi konsidrata bħala Gvern alternattiv.
Dan is-sit kien l-uniku f’dan il-pajjiz li wissa lin-nies dwar il-Great Reset li hi agenda mahduma sew wara t-taparsi pandemija. B’hekk hawn l-inflazzjoni. Imma allajbierek hadmuha minn qabel kif in-nies, flok iwahhlu fil-lockdowns u mizuri ohrajn fazulli u l-FALZA PANDEMIJA, gabuhom iwahhlu fil-gwerra halli ma jghaddilhomx minn mohhhom il-verita!
“Ma tistax ma tikkonsidrax b’mod tajjeb il-mod eċċezzjonali li ħareġ mill-pandemija u kif iġġieled dan il-virus.” – frazi tad-dahk u nahseb jekk issegwi s-sit f’dak kollu li jigi ppubblikat, bi provi li gibt bil-file tal-papa’, tinduna li kollox kien staged u huwa propju l-fatt ta’ kif il-gvern mexxa l-pseudo pandemija li mhux talli gabet l-inflazzjoni imma talli hawn hafna nies qed imutu jew jimmankaw bil-vaccin!!!! Mela l-inflazzjoni hi tort tal-fatt li l-gvern bella’ lin-nies li hawn pandemija, kif ghamlu l-gvernijiet mondjali. Imma l-aqwa li nwahhlu fil-gwerra.
Issa min ghandu mohh kritiku u spirtu mqajjem, ha jifhem. Min ghadu ma fehemx li kollox kien falz, mela ghad ghandna problema kbira.
jigifiri skond int il-gvern bella lin-nies li kien hawn pandemija. li iffiser li mux veru kien hawn pandemjia. Il-veru fis sens tal kelma ma tisthihx t’bezzaq fil vojt
Għoli tal-ħajja sfrenat.
L-ewwel iġibu l-iskuża tal-prezzijiet tal-gass u tal-ġarr tal-merkanzija. Issa li dawn niżlu lura, mhux talli l-prezzijiet ma niżlux, talli r-rata tal-għoli tal-ħajja rrankat għal iktar minn 7%.
U r-rata medja ta’ 7% taħbi l-fatt li l-iktar prodotti u servizzi essenzjali, bħall-ikel u l-manutenzjoni tad-dar, qed jogħlew bi 15% skont il-kejl tal-Gvern stess. Għarukaża.
U Sqallija kollox sostanzjalment orħos. Imma Bobby fuq il-yacht jagħmel l-exercise Sqallija.