Il-family Park ta’ Ta’ Qali: il-gvern irid juri aktar maturita’ politika

Kulħadd jaf li wara l-elezzjoni ta’ l-1987, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien imbarka fuq diversi proġetti kapitali li l-poplu kienu ilu jistenna għal snin sħaħ.

Fost dawn il-proġetti nsibu l-proġett tal-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali. Kulħadd jaf kif Ta’ Qali kien mitluq u żdingat u l-proġett li kien għamel il-ġvern Nazzjonalista kien li jagħmel Park fejn il-familji Maltin setgħu jirrekrejaw ruħhom. Kulħadd jaf kemm saru kunċerti u attivitajiet fil-Park Nazzjonali wara li kien infetaħ f’Settembru ta’ 1990.

Il-gvern Laburista preżenti, li mill-aħħar surveys qed jara l-popolarità tiegħu nieżla l-isfel, qed jipprova jnessi dak li għamel il-gvern Nazzjonalista fil-passat billi jaqbad proġetti bħal Park ta’ Ta’ Qali u jagħmel face lift u wara jaqtà ż-żigarella u jgħid li nawgurah hu biex mingħalih ser iħassar jew inessi l-istorja.

Dan ma hu xejn ħlief daħk fil-wiċċ u wieħed għandu jirrispetta dak li għamlu ta’ qablu u jkunu gvern innovattiv li għamlu proġetti ġodda huma u mhux jinawguraw proġetti li kienu inawgurati 33 sena ilu.

One thought on “Il-family Park ta’ Ta’ Qali: il-gvern irid juri aktar maturita’ politika

  1. Ma nistax nifhem għaliex qed jingħad li -Gvern preżenti ma kellux jifraħ b’dak li għamel u qed jagħmel f’ta’ Qali. Bir-rispett kollu, dak li għamel il-Partit Nazzjonalista f’Ta’ Qali kien it-teatru mikxuf. Ħaġa tajba ħafna imma hemm baħar jaqsam ma’ dak li qed jagħmel issa l-Gvern Laburista, li qed jagħmel il-post Park Nazzjonali billi juża l-post kollu, mhux xi parti żgħira Dik hi l-verita’.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *