Id-diskussjoni llum fil-qorti kienet li l-leak sar minn persuni qrib ta’ Repubblika: grazzi għalihom il-Lejber avvanz f’ġimgħa b’aktar minn ħamest t’elef vot.
Id-diskussjoni llum fil-qorti kienet dwar il-leaks li ħareġ Mark Camilleri. Ovvjament, dawn iċ-chats kienu għand ftit nies, jiġifieri għand il-maġistrata Rachel Montebello u l-entourage tagħha. Kienu għand l-avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia u l-pulizija li qed tmexxi l-każ, fosthom is-Supretendent Arnaud. Kienu wkoll għand l-avukati tal-familja Caruana Galizia, jiġifieri Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia u allura għand il-familja Caruana Galizia. Magħhom hemm l-avukat tad-difiża. Ma għandix dubju, li l-avukati tad-difiża ta’ Yorgen Fenech ma għandhomx interess li joħorġu dawn il-leaks. L-anqas naħseb il-maġistrata u l-entourage tagħha.
Dak li hu żgur li kull meta joħorġu leaks bħal dawn, joħorġu permezz ta’ terzi, jiġifieri wieħed jgħaddihom lil xi ħadd u dan ix-xi ħadd għaddihom lil min ikun ser jippubblikahom, f’dan il-każ Mark Camilleri. Issa id-diskussjoni llum bejn l-avukati fil-qorti kienet li dawn għaddiehom lil Mark Camilleri xi ħadd minn ta’ Repubblika. U peress li dan beża’ li jinqabad u jekk jinqabad, jista’ anki jitlef il-warrant, jekk mhux ukoll xogħlu u jispiċċa l-ħabs, u l-każ ta’ Yorgen Fenech aktar jikkrolla, qam paniku sħiħ u ħarġu jiġru jorganizzaw protesta, għaliex issa d-diskors tar-rule of law inbidel. Fi kliem ieħor ħarġu jipprotestaw biex jagħmlu pressjoni ħalli dan il-persuna ma jinqabadx. Fl-istess waqt, il-media hija f’kukkanja titkellem dwarhom u tipprova tiġġustifika l-ħruġ tagħhom, għaliex qed tibża’ li dan il-leak ser jaħdem, in the long run, favur Yorgen Fenech.
Sadanittant, din l-istorja kollha wasslet biex il-PN tilef il-voti mhux rebaħ. Minn kalkolu li għamilt, tilef favur il-lejber mal-5 t’elef vot. Ħafna Laburisti li kienu mdejqin mill-Lejber jew irrabjati għal Robert Abela – quddiem din il-politika kollha tal-mibgħeda – iddeċidew li mhux ser jastjenu imma ser jivvutaw Lejber.
Fi kliem ieħor, min ħaseb li b’dan li għamel ser iwassal għat-tmiem tal-karriera politika ta’ Rosianne Cutajar, Cutajar aktar issaħħet mal-grassroot Laburista. Dan Robert Abela jafu sew. Tant li lbieraħ il-Ħadd setgħu jgħajtu faċilment laqgħa pjuttost imdaqqsa fil-Kwartieri Ġenerali – li sa ftit ilu kien diffiċli għal Robert Abela li jiġbor daqshekk Laburisti għal-laqgħat tiegħu.

Grazzi għal Cutajar u għall-balbuljata ta’ Mark Camilleri, il-Lejber ser jiffoka issa fuq ir-roots tiegħu u jara li jkunu warajh. Xi ħaġa li qatt il-PN ma ried jagħmel – anzi biex jisma’ minn ta’ Repubblika dejjem tahom bis-sieq. B’hekk l-istrateġija hija, li mill-lum ‘l quddiem, il-Lejber jaħdem biex jirkupra d-distakk li naqas. Dan ser jagħmlu mhux biex jirbaħ l-Ewropej imma li sa erba’ snin oħra jerġa’ jġib id-differenza tal-voti li ġab fl-aħħar elezzjoni.
Illum il-Lejber qed jogħrok idejh. Ser jara li wara l-Ewropej, Roberta Metsola tkun kap, għaliex jaf li Metsola ma tistax tisraqlu voti. Issa ħareġ anki fl-aħħar survey, li jekk kien hemm persuna fil-Partit Nazzjonalista li setgħet tnaqqar il-voti tal-Lejber, din il-persuna kienet Adrian Delia. Dan jien kont ktibtu imma kulħadd iddieħaq bija. Ara issa, The Sunday Times, kellha tikxef dan il-fatt. Qatt ma qalitu meta riedet ittajjar lil Adrian Delia.
Imma kif jgħidu bl-Ingliż, more pleasure to come fil-kamp politiku Malti. Imma sakemm jibqa’ Bernard Grech u sħabu ta’ Repubblika, il-PN huwa ddestinat li jibqa’ fl-Oppożizzjoni.
Surveys vary, it’s natural.
What you need to see is the trend and the trend is an obvious Labour drop, with a slight Nationalist increase.
This has meant that Labour’s majority has been cut by between a quarter and three quarters.
You obviously dislike Mark Camilleri, hence your comments. But Mark Camilleri has managed to show that Labour is just an Animal Farm.
You cannot read anything into the differences between a survey and another.