Ir-reazzjoni ta’ Michael Briguglio għas-surveys tal-lum: konferma li t-tattiċi li ntużaw fl-aħħar jiem huma ħżiena għall-Partit Nazzjonalista

Michael Briguglio tella’ post dwar is-surveys li ħarġu fil-ġurnali llum. F’dan il-post qed jgħid l-istess affarijiet li ktibt dwarhom jien f’dawn l-aħħar jiem. Dawn it-tattiċi li qed jintużaw u rajnihom jintużaw fl-aħħar jiem mill-Partit Nazzjonalista ma humiex isaħħu lill-Partit fl-Oppożizzjoni imma biex igerrxu lin-nies mill-politika waqt li l-Partit Nazzjonalista ma hu qed jiggwadannja xejn. Anzi qed jitlef. Anki jekk mhux parti minn dan is-survey, l-istess qed jiġrilha l-Knisja għaliex spiċċat tappoġġja lil dawn in-nies permezz tal-media tagħha.

Mela issa ħallu lil Manuel Delia jkompli jitkellem, kif tkellem illum f’The Sunday Times, ta’ kif tkun buġarrun – il-kelma Maltija għal masturbator. Għax jekk hemm partit tal-buġarruni, dan huwa l-partit Nazzjonalista. Ġabuh partit tal-buġarruni Manuel Delia and Co.

Infakkar li l-PN kien bir-riħ mill-poppa wara r-rebħa ta’ Adrian Delia fil-kawża ta’ Steward Health Care. Imma ta’ The Times u sħabhom ir-Repubblichini u magħhom Bernard Grech ma ħamlux b’dan is-suċċess ta’ Adrian Delia. Riedu jikkreaw storja oħra u għamlu alleanzi ma’ Mark Camilleri. Ara issa x’ġara? Tilfu kull vantaġġ li kellhom meta spiċċaw jitkellmu fuq il-ħajja privata tan-nies. Infakkar li dawn l-istess ġurnalisti, li llum qed jitkellmu fuq il-ħajja privata tan-nies, ma jridux lin-nies titkellem fuq il-ħajja privata tagħhom! Kif ilu jikteb Edwin Vassallo fuq dan is-sit, il-politika tal-mibgħeda ma ser twasslu mkien lill-Partit Nazzjonalista! Anzi ser twassal għall-qerda tal-istess partit.

Nieħu pjaċir li akkademiku ieħor bħali, qed jara l-affarijiet kif qed narahom jien. Prosit Michael.

One thought on “Ir-reazzjoni ta’ Michael Briguglio għas-surveys tal-lum: konferma li t-tattiċi li ntużaw fl-aħħar jiem huma ħżiena għall-Partit Nazzjonalista

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *