Il-ġurnalisti liberali jniedu l-istrateġija għat-tneħħija ta’ Bernard Grech: il-media tal-Knisja sservi ta’ vaż.
Minn osservatur politiku
Illum ħarġu żewġ surveys li qed juru li Bernard Grech mhux qed ikun milqugħ mill-elettorat Malti. Ma avvanza xejn. The Sunday Times kellha titqanżaħ biex issib xi punt li Bernard Grech mar aħjar minn Adrian Delia. Is-surveys tal-lum urew li Adrian Delia qiegħed javvanza fil-popolarita’ minkejja l-kambetti kollha mill-Liberali. Il-ġurnalisti liberali ta’ The Sunday Times ma baqagħlhom l-ebda triq oħra li joqogħdu fuq l-alleanza ta’ Metsola ma’ Mark Camilleri biex forsi l-PN jerbaħ!!! Sadanittant qed jaraw li Bernard Grech nieżel u għalhekk qed jaraw kif ser isibu soluzzjoni ta’ persuna minfloku li jridu huma.
Imma jidher li Bernard Grech kien jaf b’din l-istrateġija. Jidher li nduna bil-konfoffa kontra tiegħu minn dawk stess li qegħduh kap. Dan ħareġ ċar ilbieraħ filgħodu. B’kumbinazzjoni, qabel ma kien ippubblikat dan is-survey ta’ The Sunday Times, ġa bdiet titħejja t-triq dwar il-bżonn li Bernard Grech iwarrab

Din tħalliet f’idejn Andrew Azzopardi li stieden lil Bernard Grech fuq il-programm tiegħu. Infatti, meta kien qed jiġi intervistat fuq ir-radio tal-Knisja lbieraħ, b’kumbinazzjoni Bernard Grech ġie mistoqsi dwar il-futur tiegħu bħala kap. Wieħed ma jistaqsix mistoqsija bħal din kieku ma tkunx ċert li Bernard Grech mhux javvanza bħala kap. Min-naħa tiegħu, Bernard Grech jaf x’inhu jiġri u ma riedx jitkellem fuq jekk. Ma riedx jgħid jekk hux ser jibqa’ kap tal-Partit Nazzjonalista wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jew le.
Din diġa’ qed turi li Dr Grech qed jerġa’ jaħsibha fuq dak li kien wiegħed meta kien ħa vot ta’ fiduċja wara l-elezzjoni ġenerali tas-sena l-oħra. Niftakru li dak iż-żmien kien talab vot ta’ fiduċja sal-elezzjonijiet tal-2024 u kien lest li wara joqgħod għall-ġudizzju tat-tesserati tal-Partit.
Issa qed jirrifjuta li jagħti risposti fuq il-pożizzjoni tiegħu. Dan ifisser li qed jerġa’ jaħsibha fuq jekk jibqax kap jew le. Din l-aħbar ma tawgurax tajjeb meta tara l-istħarriġ li ħareġ llum il-Ħadd minn żewġ gazzetti differenti. Jekk inħarsu sew ta’ x’inhu għaddej, il-ġurnalisti liberali u li jissapportjaw l-abort qed jagħmlu ħilithom biex iġibu lil Roberta Metsola lejn Malta. Anki alleanza ma’ Mark Camilleri għamlulha li ġiet imbierka mill-għaqdiet li jiftaħru li huma kontra l-abort. Allura, wieħed jista’ jikkonkludi li Bernard Grech ma għandux postu bħala kap wara l-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla. U biex inkunu onesti, l-ideal hu li Bernard Grech jiġi mibdul minn issa, imma mid-dehra ħadd ma jidher interessat li joħodlu postu sal-elezzjonijiet tal-parlament Ewropej u wisq probabbli l-anqas wara. Fuq kollox, l-unika soluzzjoni hija li jgħidu lil Adrian Delia biex jieħu over. Imma jkun miġnun jekk Delia jaċċetta għaliex jerġa’ jinbeda l-istaġun tal-valeni bil-media tal-knisja taħdem f’kukkanja mal-ġurnalisti anti-klerikali u dawk favur l-abort, l-aqwa li jkissruh.
Meta Andrew Azzopardi staqsieh x’ser jagħmel wara l-elezzjoni li ġejja, Dr Grech irrisponda li ma jridx jispekula għax hu qed jikkonċentra x-xogħol tiegħu fuq x’jista’ jwettaq issa. Imma din hija pożizzjoni differenti minn sena ilu għax dak iż-żmien kien qal li hu jrid il-fiduċja bil-patt li jerġa’ joqgħod għall-ġudizzju fl-2024. Kemm jinbidlu l-affarijiet meta jkun jaqbel!!!
Fil-fatt waqt l-intervista qal li kellu diskussjoni twila ma’ Roberta Metsola. Huwa qal li Metsola hija bniedma kapaċi; biss hu jixtieq jaraha tkompli tavanza fil-karriera (Ewropea) tagħha. Fi kliem ieħor, qed jgħidilha bil-pulit tiġix lejn Malta. Meta kien mistoqsi aktar mistoqsijiet fuq il-futur tiegħu huwa evita li jibqa’ jirrispondi u beda jaqleb id-diskors. Huwa reġa’ rrepeta li hu se jikkonċentra fuq kif ser iġib ir-riżultati issa u mhux joqgħod jinkwieta x’punti jista’ jagħmel biex isaħħaħ il-futur tiegħu.
Jgħid x’jgħid Bernard Grech, il-ġurnalisti liberali qed jaħdmu biex itajruh. Dak li hu żgur hu li sħab Bernard Grech ħa jagħmlulu kif hu għamel lil Adrian Delia. Sħab Bernard Grech stess qed jaħdmu biex itajruh. Kif tagħmel jagħmlulek fil-ħajja. Kif jgħid Kristu – min jagħti bis-sjuf, bis-sjuf imut.
U l-mewt politika ta’ Grech hija fil-qrib. Qiegħed fl-għajfa tal-mewt. Kull ma qed jistennew huwa s-sinjal minn Metsola.
Lill Metsola irridu jinsewa il PN. Trid tkun mignuna jew hafna iktar min misjunarja biex titlaq min Brussell. Jidher li ghad ghanda futur go Brussell biex terhi ir rigni min issa!
Metsola will never enter Maltese politics. She’s too comfortable where she is.
This is just an orchestrated attempt by The Times to foist a pro-abortion (they think) leader on the PN.
What they’re in fact doing is weakening Bernard Grech at a time of unity between him and Adrian Delia.
Being the ‘bravi’ they think they are, The Times are counterintuitively keeping a criminal gang in power.