It-tnaqqis tal-preżenza tal-qassisin fil-funerali hija riflessjoni tal-fatt li Knisja ta’ Malta (u mhux ta’ Għawdex) minn rasha qed tinten.
Ilbieraħ kellna l-aħbar li l-Knisja f’Malta ser tnaqqas is-servizzi tagħha fil-funerali. Ir-raġuni mogħtija kienet dik li qed jonqsu l-qassisin. Ma kienx ċar jekk din hija deċiżjoni tad-djoċesi ta’ Malta biss jew ser tikkonċerna lid-djoċesi ta’ Għawdex ukoll.
Din l-aħbar ġabet ħafna kummenti fost in-nies u xi wħud minnhom, kontra l-qassisin. Dan wassal biex xi qassisin marru huma wkoll fuq il-Facebook Page tagħhom u kkummentaw fuq din l-istorja u wrew id-disapprovazzjoni tagħhom lejn dawk li tkellmu b’mod dispreġġjattiv fuq il-qassisin.
Imma naħseb li l-qassisin għandhom jinvestigaw mnejn ġej dan l-anti-klerikaliżmu kollu li l-anqas kien daqshekk qawwi fis-sittinijiet. Ma jaħsbux li l-arċisqof preżenti u d-deċiżjonijiet li ħa u qed jieħu huma parti ta’ din il-ħtija? Ma jaħsbux li dan l-arċisqof ikkrea strutturi sħaħ biex isaħħaħ l-antiklerikalizmu f’Malta u issa qed iġġiegħel lill-qassisin joqogħdu jiġbrulu ħalli jkun jista’ jħallashom? Għaliex hekk jaħdem il-liberaliżmu u x-xitan. Ix-xitan iġegħlek tħallas għall-kapriċċi tiegħu inti stess. Infakkar li dan l-arċisqof daħħal qatta’ antiklerikali fl-istrutturi tal-knisja, imħallsin bl-eluf ta’ euro, waqt li l-qassisin l-anqas għandhom paga diċenti biex jgħixu biha. Imbagħad irid lill-qassisin joqogħdu jaħdmu u jiġbru ħalli jkun jista’ jħallas lil dawn li daħħal jaħdmu fil-knisja li wħud minnhom, ħlief mibegħda lejn il-proxxmu tagħhom ma jxerrdux. Dan hu kif jaħdem il-kapitaliżmu. Iġiegħlek taħdem ħafna u jħallsek bil-ftit. Illum il-qassisin spiċċaw il-proletarji fil-knisja. Anzi ġew ridotti għal sistema ta’ prekarjat. Imma n-nies lilhom qed tattakka għall-ħażen u l-kapriċċi ta’ dan l-arċisqof meta daħħal nies fl-istrutturi tal-knisja li ħlief mibegħda lejn il-knisja ma għandomx f’qalbhom. U din il-mibgħeda issa qed tkun radikata. Għaliex issa l-liġi ta’ Mose qed issaltan u mhux ta’ Kristu. Għajn għal għajn u sinna għal sinna. Dan kollu għax jaf li l-ġurnalisti jistgħu jikxfulu għawwaru u jtellfuh iċ-ċans li xi darba jsir kardinal.
Mela dawn in-nies b’aġenda kontra Alla ħatfu lill-knisja u issa l-istess qassisin qed issir pressure fuqhom biex jaraw kif ser iżidu l-ġbir ħalli jkunu jistgħu jibqgħu jitħallsu ħalli jkomplu bl-attivita’ tagħhom fejn l-alleanza tagħhom mhix lejn il-knisja u t-tagħlim ta’ Kristu, imma lejn l-aġenda woke u anti-klerikali. Infakkar li l-ġbir qed jonqos imma it-taxxi imposti mill-kurja fuq il-parroċċi qed jiżdiedu u dan kollu biex tleħħaq mal-ispiża li dan l-arċisqof għandu biex ikompli jħallas lil dawn in-nies li ħlief mibgħeda lejn għajrhom ma jxerrdux. Il-ħasra hija li l-individwi li qed jaqilgħuha huma l-qassisin, jiġifieri s-suldati tal-istess knisja. Imma għal dan l-arċisqof, dawn siġar li jistgħu jitqaċċtu għax għandu bosk. Issa skoprejna li l-anqas bosk ma għad hemm għaliex ma hemmx aktar qassisin biex ikunu jistgħu jagħmlu funeral kif suppost.
Fejn hu l-prinċipju tan-Nisrani f’dan kollu? Fejn hu l-prinċipju li kliemkom għandu jkun iwa, iwa u le, le? Infakkar x’qal Kristu nnifsu. Dak kollu li ma jitmexxiex minn dan il-prinċipju huwa ġej mix-xitan. (Matthew 5. 37) Ħa nfakkar lill-kleru Malti f’din l-istorja. Infakkar li dan l-arċisqof ma ddejjaqx jiltaqa’ ma’ Manuel Delia u tah ktieb li fih hemm affarijiet dwari. F’dan il-ktieb, l-awturi, Manuel Delia u Alessandra Dee Crespo jargumentaw li sew tagħmel il-qorti li titfgħani taħt contempt of court għaliex jien erġajt ippubblikajt affarijiet li fuqhom l-istess qorti għamlet divjit. Ili ngħid, li jien ma ppubblikajt xejn. Imma nfakkar li Manuel Delia u l-kanċilliera ta’ dan l-Arcisqof li jmexxi d-djoċesi ta’ Malta, li dawn il-ħbieb tiegħu qalu li sew għamlet il-qorti miegħi. Issa lbieraħ kellna protesta u kemm il-kanċilliera tal-arċisqof, jiġifieri Alessandra Dee Crespo u Manuel Delia – bniedem li jgħid li ma jemminx – kienu fiha. Ovvjament dawn ġa ddikkjaraw li Alla jiġi t-tieni post f’ħajjithom jekk qatt jiġi. Il-parteċipazzjoni ta’ nies għoljin fil-kurja ta’ dan l-arċisqof f’attivitajiet politiċi u b’sostenn għad-dekristjanizzazzjoni ta’ Malta – għaliex finalment dan hu l-pjan ta’ Mark Camilleri – ser iżid l-anti-klerikaliżmu u mhux inaqqsu. Issa dawn it-tnejn, jiġifieri Manuel Delia u Alessandra Dee Crespo kienu fuq quddiem jargumentaw mod differenti. Għaliex dawn ma jitkellmux skont is-sewwa iżda skont l-aġendi tagħhom. Jien għandi rispett lejn il-qassisin u għalhekk ma nwaħħalx fihom għan-nuqqas u l-mibgħeda li jxerrdu n-nies tal-arċisqof. Imma ħaddieħor li jsofri dawn it-tip ta’ inġustizzji kkawżati min-nies tal-arċisqof, jinfex jiżvoga jgħajjar lill-qassisin għal dawn in-nuqqasijiet. Jien mhux ser nagħtih tort jew nikkundannah.

Fil-każ tiegħi, l-argument tal-kanċilliera ta’ dan l-arċisqof ma kienx immexxi mis-sens ta’ ġustizzija imma mis-sens tal-mibgħeda. Fejnha l-imħabba lejn il-proxxmu li dan l-arċisqof jipprietka? Il-kliem iqanqal imma l-eżempju jkaxkar. Imbagħad wieħed jiskanta li l-qassisin qed jonqsu u n-nies qed titlaq lil din il-Knisja mmexxija minn dan l-arċisqof! Jekk kien hemm epispokat traġiku fl-istorja tal-Knisja f’Malta, dan hu l-episkopat ta’ Scicluna. Jekk kien hemm episkopat disastruż f’Malta, dan huwa dak ta’ Scicluna. Episkopat ma jistax jitmexxa minn ambizzjoni personali ta’ xi ħadd biex xi darba jlibbsuh il-porpra ħamra.
Darba sieħeb, dan l-arċisqof li jiftaħar li ma jemminx, jiġifieri Manuel Delia kiteb li jekk hemm post ikrah fl-infern, dan il-post ġie mħejji għalija. Imma ngħid lil dan l-arċisqof joqgħod attent għall-kliem Kristu. Kristu kien l-aktar iebes mal-qassisin, il-pastors, l-isqfijiet ta’ żmienu. Hu ma kellux problema mal-midinbin, imma mbagħad kellu problema kbira ma’ dawk imsejħa biex jitkellmu f’isem Missieru u ħlief mibegħda u ħdura ma jmexxux. Infakkar lil Scicluna x’kien qal Kristu lilll-qassisin u n-nies kollha li jxandru l-kelma ta’ Alla fi żmienu, inkluż isqfijiet bħalu:
“Mhux kull min jgħidli: “Mulej, Mulej”, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet! F’dak il-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli: “Mulej, Mulej, mhux f’ismek ħabbarna aħna, u mhux f’ismek keċċejna x-xjaten u f’ismek għamilna ħafna mirakli?”. Imbagħad jien ngħidilhom: “Lilkom qatt ma kont nafkom! Warrbu minn quddiemi, intom li tagħmlu l-ħażen!”. (Matthew 7: 21-23)
Prosit
Prosit Profs. Meta kont ergajt bla xoghol u mort imkissra nkellem qassis, grazzi ghal dan il-gvern li mar jinkoragixxi lil min ihaddem biex l-impjegati ghandhom ikunu mlaqqma, dan mhux talli semaghni u vera tani parir down to earth u tajbin, imma qabad 20 euro mill-but u tahieli.
Meta milux gibt qassis ibierikli d-dar u l-klieb, ghax nemmen li kont qed nigi attakkata minn forzi tal-hazen li mhumiex tad-dinja, bil-klieb tieghi jimirdu wahda f’ wahda, hsarat fin-neighbourhood fejn gejt imdeffsa jien intortament, ecc mhux talli berikli d-dar talli gabli bhal domna zghira mbierka. U tani xi pariri wkoll u hadt gost nitghallem. Inzerta qassis li siefer hafna u ghex anki barra, allura kellu vizjoni ta’ hajja hafna differenti.
Dawk huma l-qassisin li Scicluna u l-Woke qed ikissru!
Jekk jispicca kardinal mela sinjal li l-huta vera minn rasha qed tinten u b’dan qed nirreferi ghal min hu fuq il-kurja Maltija li kuntenti bl-agenda li qed imexxi.
P.S. U Scicluna li jrid jiftakar meta Kristu uza l-espressjoni “oqbra mbajda”.