Il-persuna li għajret u nstigat vjolenza kontra ġurnalista, iġġorr banner biex titlob għall-protezzjoni tal-ġurnalisti

Il-ġimgħa l-oħra, kellna l-istorja fejn ġie attakkat il-ġurnalista Brian Hansford. Waqt programm li għandu fuq it-television, jismgħu Dianjosi, kien hemm mix-up dwar l-użu tal-kelma “make up” li fil-mediċina tintuża biex tfisser kif ikun magħmul oġġett. U waqt li kienet għaddejja d-diskussjoni, kien hemm l-użu ta’ din il-kelma. Sa hawn mhux problema. Tant kemm ma kienetx problema, li dan kien programm irrekordjat u din setgħet faċilment tneħħiet. B’hekk il-programm ħareġ kif kien mingħajr ma sar editing għaliex ma kien hemm xejn partikolari jew kontroversjali dwar dan.

Imma jidher li Brian Hansford għandu ħafna ġurnalisti li jħobbuh. Dawk l-istess ġurnalisti li llum qed jgħidu u jridu l-protezzjoni, l-anqas biss ma tkellmu. Il-PEN U IGM baqgħu b’ħalqhom magħluq. Anzi l-president tal-IGM, Matthew Xuereb mexxa kampanja kontra Hansford għaliex din l-istorja spiċċat anki mxandra fuq The Times bi skop biex tkisser lill-istess Brian Hansford. Fi kliem ieħor, għamlu xalata minn dak li huma rawh bħala żball. U Manuel Delia lbieraħ rajnieh fuq quddiem iġorr il-banner u jitlob għall-protezzjoni tal-ġurnalisti meta dan kien wieħed minn dawk li faqqa’ artiklu bil-fjokki u qal kliem fih li kieku qaluh nies komuni jew jien, il-kummissarju tal-pulizija ġa ħarrikna fuq “hate speech” kif għamel kontra Fr. David Muscat u kontra ħafna nies oħrajn. U jekk kienu jerbħu l-kawża, kif għamel Fr. David Muscat, l-avukat ġenerali kien jappella. Nispera issa li l-avukat Savona li jaħdem fl-uffiċju tal-avukat ġenerali jieħu nota ta’ dan il-kumment ta’ Manuel Delia kontra Hansford u jikkomponi xi essay ta’ fuq 24 paġna ħalli jagħtih lill-qorti biex jgħidilha dwar x’kienet l-intenzjoni ta’ Manuel Delia meta kiteb dan l-artiklu. F’dan l-artiklu, u ser nikkwota, Manuel Delia kiteb hekk: “jekk il-kannibali jaqsmulu rasu, (jiġifieri lil Hansford) ma jsibux biżżejjed moħħ fiha li joqgħod fuq galletta u ma jkunux kapaċi jagħrfuh”.

Ibqa’ żgur li kieku xi qarrej kiteb hekk fir-rigward ta’ Roberta Metsola jew xi Robert Aquilina, ġa rajna lill-Kummissarju tal-Pulizija jipproċedi kontra tagħhom fil-qorti. Kieku ġa rajna lil tal-IGM jitolbu protezzjoni u l-arċisqof ħareġ xi stqarrija through Newsbook. Kieku ġa l-avukat ġenerali kkompona essay ta’ ‘l fuq minn xi għoxrin paġna biex jakkuża lil min kiteb hekk. Imma li Manuel Delia jikteb hekk fuq ġurnalista, qiesu ma hu xejn. Anzi, l-anqas biss jistħi, ftit jiem wara jmur iġorr banner u jippontifika lill-poplu Malti fuq il-protezzjoni tal-ġurnalisti. U lil dawn l-għaqdiet, il-Bank of Valletta jagħtihom il-flus.

Jien ma nitkellimx fuq intenzjonijiet li fil-qorti ma tista’ tipprova qatt. Jien nitkellem fuq fatti. Barra Manuel Delia, din l-istorja ġiet covered minn The Times. Dan hu wieħed mill-kummenti li dehru fuq din l-gazzetta mingħand xi ħadd li ma ddejjaqx jikteb li u jgħid li lil Brian Hansford għandhom iħaġġruh talli skont hu ħa żball. Imbagħad qatgħu. Mela min verament jikteb kummenti biex jistiga l-odju u l-mibegħda, illum għandu is-support tal-media tal-knisja u jingħata palata mill-ġurnali Woke ħbieb tagħha. Imbagħad dawn l-istess nies jippruvaw ikissru li xi ħadd bħal Fr. David Muscat u lil Fr. Luke Seguna, li ħlief ġid lill-għajrhom ma għamlux.

Inċidentalment, minn informazzjoni li għandi, Brian Hansford qatt ma kien ġurnalist mal-ONE, waqt li beda jxandar fuq l-istazzjon Nazzjonali meta n-Nazzjonalisti kienu fil-gvern, jiġifieri fl-2012.

3 thoughts on “Il-persuna li għajret u nstigat vjolenza kontra ġurnalista, iġġorr banner biex titlob għall-protezzjoni tal-ġurnalisti

  1. Ipokrezija sfaccata. Lanqas biss jipprovaw ikunu sottili.

    Wasal iz-zmien nibdew naghmlu distinzjoni bejn NGOs u bona fide NGOs.

  2. Let’s call a spade a spade , Repubblika is simply an inconsistent political soup that has grotesquely decided to reform the PN by destroying it

    1. Tridx imħatra li l-IGM sen’oħra jagħtu award ieħor bħal ma għamlu din is-sena lil Manwel Delia? Hi l-Ipokrezija gwappa li trebbaħ il-premjijiet. U nixtieq ukoll naf kif, għax wieħed jikteb artiklu xi kultant isir ġurnalist.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *