Is-solidarjeta’ tiegħi ma’ Rosianne Cutajar u ma’ dawk kollha li qed iweġġgħu minn din il-politika tal-mibgħeda.
Minn Edwin Vassallo
Veru li fil-politika, il-politiku ma għandu xejn privat. Veru li l-ħuta minn rasha tinten u għalhekk il-politiku irid ikun u mistenni jkun ultra nadif fil-ħajja tiegħu personali u soċjali. Veru li jeħtieġ li jkollna politiċi ta’ eżempju għaliex l-eżempju ikaxkar.
Iżda minkejja li dawn huma veritajiet, xorta waħda nemmen li sakemm ma hemmx korruzzjoni, illegalita’ li trid tiġi ppruvata fil-qorti, dak li huwa propjeta’ privata tal-politiku u ta’ kull persuna oħra jeħtieġ li tibqa’ propjeta’ privata kemm jekk il-persuna tkun fil-politika jew le. Dan jgħodd f’kollox u f’kull xorta ta’ sitwazzjoni, inkluż dik ta’ xogħol, negozju jew professjoni.
Veru jeħtieġ li jkollna il-ġurnalisti li jikxfu l-għawwar iżda sa fejn nistgħu naslu? Sa fejn huwa sewwa li nperċu l-ħwejjeġ maħmuġa ta’ ħaddieħor fil-pubbliku? Sa fejn is-sensazzjonaliżmu jista’ jibqa’ sejjer?
Jiġifieri fejn hija l-ħajja privata ta’ deputat jew deputata? Fejn hija l-ħajja privata ta’ individwu? Tgħid ser nirrispondu skont kemm ikollna mibgħeda f’qalbna lejn xi persuna partikolari għaliex ma naqblux magħha politikament? Jiġifieri ser nibqgħu nwieġbu skont il-mibgħeda li jista’ jkollna lejn l-Onor. Rosianne Cutajar jew lejn Yorgen Fenech għaliex politikament ma naqblux? Infakkar li din il-mibgħeda kollha ġiet mitgħmuha lilna mill-media. Allura abbażi ta’ din il-mibgħeda kollha nistgħu niġġustifikaw l-għaġir tas-Sur Camilleri? Le. Kliem Kristu huwa ċar. “Jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jista’ jkollkom? Għax il-midinbin ukoll iħobbu lil min iħobbhom“. (Luqa 6:32).
Jien ma naqbilx li jkollna dan l-indħil kollu u s-setgħa li nidħlu fil-ħajja privata tal-individwu u għalhekk lanqas naqbel mas-setgħa li qed jieħu l-istat biex jirregolarizza kollox fil-ħajja taċ-ċittadin. Dak suġġett ieħor, iżda l-prinċipju jibqa’ l-istess. Hawn qed nitkellmu fuq data personali li rridu naraw li nżommuha privata. Waqt li għandna niddefendu l-liberta’ tal-istampa, ma nistgħux inkissru l-liberta’ tal-persuna, tkun ta’ min tkun. Aħna għadna bnedmin? Jew veru issa qed ngħaffġu fuq xulxin bħat-tiġieġ biex insalvaw wiċċna?
Jien u Rosianne Cutajar ma qbilnix u mhux ser naqblu fuq affarijiet ta’ prinċipju. Hemm ħafna affarijiet li fl-imgħoddi ma qbilx magħha u ma naqbilx magħha fuq ħafna affarijiet marbuta mal-ġeneru jew fejn tidħol ir-riproduzzjoni umana, imma fuq din nuriha s-solidarjeta’ tiegħi u ma’ dawk kollha li qed iweġġġħu minn din il-politika tal-mibgħeda.

Wiehed irid jifhem li fil-kontenut hemm dak li jinteressa lill-poplu, u dak li Hu fl-interess tal-poplu.Dak li ghandu jinteressa lill-poplu huwa l-poter, u l-access li ghandhom biex jakkwisraw pozizzjoni. Pero’ dan qajla jinteressa lin-nies. Ara min ghamel agha aktar donnu ta kaz ta’ dak li jinteressa lill-poplu, jigifieri il-hajja intima, li Jista’ jsib ruhu fiha kulhadd, u ftit ta kaz ta’ dak li Hu fl-interess tal-poplu jkun jaf. Ez FNL aktar hassewhom komdi jaqraw il-hajja intima ta’ tnejn min-nies, Milli l-etika fil-hajja pubblika.
Qbilt hafna ma dak li qal is sur Vassallo. F’hiex wasal il bniedem hux biex juri il mibghrda politika tieghu. Jien dejjem tghallimt li kull min jgholli idejh ghandu xi ixomm. Issa tara li dawn in nies IPOKRITI kif tasal il festa tad Duluri jmourru fuq quddiem. Imma HADD WA.RA HADD TASAL TA KULLHADD
L-issue mhux dwar hajja intima. Hi dwar l-akkwist tal-poter. “Indahhal paga ohra” ghax min ahna u x’ kapaci jaghmlu u nimmanipulaw.
Iva hemm issue ta’ hajja intima. Rigward “indahhal paga ohra” ghandkom xi dubju li hafna mill-politici ma jirragunawx hekk? Min jaf kemm ghamlu hekk fil-passat u ma nafux! Min jaf kemm kien hemm affarijiet ghaddejja minn taht! U min jaf kemm ghad hemm ghaddejjin affarijiet. L-ebda gvern FID-DINJA ma missx jew mhux qed imiss mal-korruzzjoni. U nahseb l-ikbar korruzzjoni li xi darba ghad trid tohrog hija dwar il-Covid. Nistennew u naraw. Pero’ le Camilleri ghandu agenda u hemm agenda wara kull azzjoni li qed issir b’komplicita’ mal-media.