Lara Calleja għandha raġun dwar id-dritt ta’ privatezza fuq affarijiet ta’ natura sesswali
Qed nikteb dan l-artiklu waqt li qiegħed il-qorti nistenna biex tkompli l-kawża tiegħi li fetaħ kontrieha r-reġistatur tal-qrati. Infakkar li jien ġejt akkużat fil-falż li ppubblikajt materjal marbut mal-qtil ta’ Daphne Cauana Galizia li dwaru hemm divjit tal-qorti fuq il-pubblikazzjoni tiegħu. Infakkar li Jason Azzopardi kien għamel rikors fejn qal li min jippubblika affarijiet marbuta mal-każ ta’ Daphne Caruana Galizia u li fuqhom hemm divjit ta’ pubblikazzjoni huma verosimilment f’assoċjazzjoni mafjuża.
Issa kellna lil Mark Camilleri jippubblika whatsapp messages bejn Yorgen Fenech u Rosianne Cutajar. Mhux ser nidħol fil-kontenut. Imma għala ħadd ma hu qed jistaqsi jekk humiex awtentiċi jew le?
Imma nixtieq ngħid li fuqhom hemm divjit. Imma issa ok jiġu ppubblikati whatsapp privati li ma għandhomx x’jaqsmu mal-qtil ta’ Daphne u jekk huma minnhom, kull ma huma, gossip.
Veru li hemm libell, imma l-libelli jiġu miġġielda fil-qorti.
Fuq kollox, toħroġ l-ipokrezija f’dan il-pajjiż. Mela meta poltiċi rġiel imorru ma’ nisa mhux tagħhom, kollox sew. Infakkar li kemm Mintoff u Borg Olivier kellhom extra-marital relationships. Imma mbagħad tintuża metrika oħra meta l-politiku tkun mara.
Hu tal-mistħija li l-Malta Today ippubblkathom. Infakkar li Yorgen Fenech mhux biss għandu familja u tfal, imma qiegħed miżmum il-ħabs u ma jistax jiddefendi ruħu. Fuq kollox għaliex ħadd ma jistaqsi minn ħariġhom dawn il-WhatsApp messages? Infakkar li dawn iċ-chats qegħdin għand il-puliżija, id-deputat avukat ġenerali Philip Galea Farrugia, Jason Azzopardi u l-familja Caruana Galizia fost l-oħrajn.
Hawn naqbel ma’ dan il-messaġġ ta’ Lara Calleja. Din daqqa ta’ ħarta lin-nisa fil-politika u anki lill-ġustizzja f’Malta.

Imma dak li jrid jingħad, li dawn il-WhatsApps ma ppruvawx l-aktar punt kardinali: dak li Rosianne Cutajar ħadet senserija mingħand Yorgen Fenech jew le. Ara fuq dan, ħadd ma jgħud xejn.
Imbagħad tara ġurnalista tal-Knisja Kattolika Maltija taqbel u tiddefendi l-pubblikazzjonijiet ta’ dawn il-Whatsapps privati li ħlief ħsara lill-familji nvoluti ma jagħmlux. Verament Knisja li tilfet id-direzzjoni u l-media tagħha hija woke! Imma dwar dan nikteb fi blogg separat.
Kull min ghandu rasu fuq onqu jista jobsor kif propjeta tal qorti sabet ruha barra ghand MC.