Is-survey tal-Ħadd li għadda: tbeżbiża tajba lill-Partit Laburista
Minn osservatur politiku
L-istħarriġ tal-Ħadd li għadda ta waħda mill-ikbar theżżiżiet lill-Partit Laburista mill-2009 ‘l hawn. Tant kemm kienet kbira t-tbeżbiża, li għadna nħossuha sal-lum. F’dawn is-snin kollha, kienet rari li jkollna survey li jagħti indikazzjoni daqshekk ċara li l-Partit Laburista naqqas id-distakk tiegħu fuq il-Partit Nazzjonalista. Ebda stħarriġ f’dawn l-aħħar snin ma ta indikazzjoni bħal din. Tista tgħid il-Partit Laburista beda jixxaqqaq b’tali mod li jista’ f’qasir żmien jitlef il-maġġoranza komda tiegħu.

F’dawn l-aħħar snin tat-tmexxija Laburista, il-Gvern qatt ma kien mheżżeż daqshekk għax kellu l-maġġoranza assoluta tan-nies warajh. Issa jidher li qed jitlifha. Kien dejjem komdu jieħu d-deċiżjonijiet li ried għax qatt ma kellu dubju mill-appoġġ tal-poplu lejh. Anzi kien jabbuża minn dan l-appoġġ. Imma issa minn nhar il-Ħadd ‘l hawn, beda iberraq b’tali mod li l-gvern ta’ Robert Abela ma jistax jirrilassa għax tbeżbiża oħra bħal din tal-isptarijiet u ser jispiċċa ibati biex ikollu l-maġġoranza warajh.
L-elettorat mhux għalkemm tifhmu u mhux faċli biex tpoġġi idejk fuq dak li jkun qed jaħseb jew kif jaġixxi l-istess elettorat. Imma jidher li hu żgur li s-sentenza tal-isptarijiet kienet ir-raġuni prinċipali għaliex in-nies irrispondew kif irrispondew fl-istħarriġ li sar. Jista’ jkun li l-poplu qed jirrealizza li ma jistax jafda lill-Partit Laburista li joħroġ minn dan it-taħwid jew dan il-ħmieġ li nxteħet fuqu bis-sentenza tal-Vitals/Steward.
Li hu żgur hu li l-istħarriġ wera kif jista’ jinbidel kollox f’qasir żmien. F’temp ta’ xahar, l-istorja politika għall-Partit Laburista nbidlet għall-agħar ħafna. Għalkemm l-uffiċjali tal-Partit Laburista qed jippruvaw inaqqsu mill-importanza ta’ dan is-survey, żgur li ma humiex joħduh b’mod leġġer. Iridu jindunaw li ħafna nies ħadu dan is-survey bis-serjeta’.
In-nies qed jindunaw li hemm tiċpisa gravi ta’ frodi fl-attivitajiet ta’ dan il-gvern. In-nies qed jieħdu l-akkużi kontra l-gvern b’ċertu serjeta’. Aktar nies lesti jinsew il-parteġjaniżmu tagħhom. Il-poplu kollu qed jinduna li flejjes kbar tħallsu għal ċertu servizzi li ma ġew provduti qatt u issa n-nies iridu flushom lura. U jkun żball għal kulħadd jekk l-messaġġ li għadda l-istħarriġ ma jiġix innutat u ma jittieħdux il-passi neċessarji. Għad irridu naraw kif il-poplu ser jirreaġixxi meta l-Gvern jibda jieħu d-deċiżjonijiet. Għad irridu naraw jekk hux ser jaċċetta sempliċi skuża jew jkun irid jara wkoll li kull min hu nvolut fil-korruzzjoni jieħu dak li ħaqqu.
Li huwa żgur huwa li l-Partit Laburista mhux ser jinjora lill-poplu u jħalli lill-Partit Nazzjonalista jagħmel gwadann politiku qawwi minn din is-sitwazzjoni. Il-gvern ta’ Robert Abela ġa beda janalizza din is-sitwazzjoni u qed jibdel il-mod kif jilgħab skont l-eseġenzi neċessarji.
Kulħadd jaf li l-Partit Laburista f’dawn l-aħħar snin kien l-akbar forza politika fil-pajjiż imma xejn ma hu permanenti fejn tirrenja d-demokrazija. Jekk kien hemm bżonn ta’ prova ta’ dan, żgur li dan l-aħħar stħarriġ kien indikazzjoni ċara.