Ir-Repubblichini jaqbżu għal Mark Camilleri wara li dan kiser il-liġi: addio l-prinċipju tar-rule of law
Ir-Repubblichini ħarġu stqarrija fejn qabżu għal Mark Camilleri wara li dan ippubblika affarijiet li hemm divjit tal-qorti fuq il-pubblikazzjonijiet tagħhom. Meta tara stqarrija bħal din tibda tinduna għala tkun ħarġet u mnejn huwa s-sors!
Imma mhux fuq dan nixtieq nitkellem. Dawn iriduha tar-rule of law. Tajba din. Tar-rule of law jaqblu mal-ksur tal-liġi. Dawn suppost għaqda ta’ avukati u akkademiċi. Dawn ma jafux li evidenza li mhix ġejja minn sors leġittimu, anki jekk hija vera, ma tistax tinġieb bħala xhieda fil-qorti? Din hija ħaġa bażika li kull student tal-liġi suppost jitgħallem. L-evidenza biex torbot fil-qorti, kemm jekk fiċ-ċivil jew fil-kriminal trid tkun ġejja minn sors leġittimu. Hawn għandna persuna li ħareġ evidenza li hija ċara li mhux ġejja minn sors leġittimu u dawk li jriduha tar-rule of law, ħarġu jaqbżu għalih.
Imbagħad din l-għaqda għandha s-support tal-Ewropa. Illum kulħadd jista’ jibda jikkonkludi min hu verament faxxist u min hu verament favur ir-rule of law.

X tistenna ahjar mill prim ahdar aquilina? Mhux ovvja?!
Kieku kienet persuna tal PN minflok Rosianne Cutajar, kienu jagixxu li stess tghid ?
Ghax b’kumbinazzjoni wara li nhareg blog miktub minn mara dwar Mark fuq dan is-sit, hareg artiklu b’attakk kontra mara ohra ezatt gurnata wara. U beda l-attakk fuq mara anki minn socjeta’ shiha Maltija. Taqra l-kummenti tal-popolin u tithasseb jekk hux qed nimxu ‘l quddiem meta naghmlu evalwazzjoni ta’ artiklu u dak li l-media titma’ lin-nies. Vera t-timing kien ezatt. U mbaghad hargu l-brigada kollha jaqbzu ghal Mark. Vera nithasseb. U nsaqsi wkoll – l-artikli li kellna qabel ta’ Mark, bih ma’ Metsola u bih ma’ Piccinino, kienu runner up ghall-artiklu kontra Rosianne? Kumbinazzjonijiet dawn?
Nies fil-veru sens tal-kelma SAHTA TA MALTA
Rosianne Cutajar għamlet kawża ta’ libell kontra Mark Camilleri dwar dak li qal fuqha, jiġifieri li hi kellha relazzjoni intima ma’ Yorgen Fenech li hi ma ddikjaratx meta tkellmet favurih fil-Parlament Malti u fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.
Mark Camilleri kellu f’idejh il-prova li hu għandu raġun u li Rosianne Cutajar qed tigdeb.
X’tagħmel inti kieku xi ħadd jakkużak li qed tigdeb u inti jkollok f’idejk il-prova li huwa hu li qed jigdeb?
La staqsejtni, jien għandi kawża mibdija minn sieħbek Jason Azzopardi u qed niġġielda fil-qorti u qatt ma ħrabt minn Malta. Dwar l-ewwel parti aqra sew xi ktibt u tkun taf li ma għandekx raġun.
Id-dritt għal proċess ġust u d-dritt tal-libertà tal-espressjoni huma fundamentalissimi.
Ir-rule of law tinkludi l-ewwel nett id-drittijiet fundamentali. Għalhekk għandna Qorti Kostituzzjonali f’Malta li tista’ twaqqa’ kwalunkwe liġi oħra jew kwalunkwe att li jmur kontra d-drittijiet fundamentali. U jekk dan ma tagħmlux il-Qorti Kostituzzjonali tagħna, tista’ tagħmlu l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif din għamlet f’ħafna kawżi li tressqu quddiemha minn Maltin.
Ħadd ma jista’ jċaħħad lil ħadd milli jippubblika, fil-pubbliku u/jew fil-Qorti, il-prova li tiskolpah minn akkużi giddieba li jkunu saru kontrih fil-pubbliku u/jew fil-Qorti.
L-MP Laburista Rosianne Cutajar ġralha bħal Oscar Wilde fil-kawża ta’ libell li dan kien fetaħ kontra l-Markiż ta’ Queensberry. Kienet lesta taħlef falz fil-Qorti xħin titla’ tixhed.
Rosianne Cutajar sfidat lil Mark Camileri jġib il-provi, u jekk ma jġibhomx jista’ jeħel il-ħabs u/jew multa qawwija. Xi ħadd ipprova jisraqlu dawk il-provi.
Mark Camilleri immedjatament laqa’ l-isfida u aġixxa kontra l-attentat ta’ serq. Rosianne Cutajar ħaqqha dak li ġralha u messha ilha li taret.
Imma taf wisq fuq sħabha fil-Labour biex jistgħu jtajruha.
HaqqGhaqalQawwaQies – b’wiehed bhal Mark trid iggib il-haqq u l-ghaqal ghan-nies? Jekk kellu prova f’idejh, missu ta lill-avukati tieghu u johrogha fil-qrati. U hemm kien johrog iktar ta’ hero. U din il-prova min tahielu? Minn fejn gabha? Min qed jipprotegieh? U missek tisthi lil Profs Mercieca ssaqsieh dik il-mistoqsija. Ghandu 4 kawzi l-Qorti imma l-istess riga li tintuza ghal Simon mhix l-istess riga li tintuza ghal nies ohra. Intom ghandkom kuxjenza li tmexxikom b’mod sovran u b’mod objettiv halli tindunaw x’inhu jigri, minn wara u minn quddiem, bl-agendas kollha, halli ntajru lil kulhadd u jkollna poplu sovran?
L-ebda kawża ta’ libell mhi bħal oħra.
Lil Mark Camilleri ppruvaw jisirqulu l-prova li tiskolpah minn akkużi giddieba ta’ xempju tal-Labour, Rosianne Cutajar.
Ħadd ma jista’ jċaħħad lil ħadd milli jippubblika l-prova li tiskolpah minn akkużi kontrih bl-iskuża li din hi prova klassifikata.