Jason Azzopard itella’ post biex jgħid li ilu jaf li s-Servizzi Sigrieti Maltin ippruvaw jagħmlu depistaġġ fir-rigward tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia minn mindu nqatlet: għala qiegħed jitkellem issa?

Jason Azzopardi tella’ post fejn qal li ilu jaf li s-Servizzi Sigrieti Maltin kienu qed jippruvaw jagħmlu depistagg fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Jason Azzopardi kompla jgħid li ilu jaf b’dan erba’ snin, eżatt wara li nqatlet Daphne Caruana Galizia. Il-mistoqsija tiġi waħidha? Għala Jason Azzopardi qed jagħmel din l-allegazzjoni issa? Għala huwa issa li qed jitkellem dwar dan fuq Facebook u mhux meta sar jaf dan id-delitt, jiġifieri erba’ snin ilu? Għala qatt ma ġibed l-attenzjoni tal-maġistrati involuti fil-kompilazzjoni ta’ evidenza dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għal dan il-fatt? Dan hu dak li kiteb Jason Azzopardi:

Infakkar li Jason Azzopardi mhux avukat kwalunkwe. Jason Azzopardi huwa l-avukat tal-familja Caruana Galizia u għalhekk huwa l-avukat li qed jidher fil-qorti għan-nom ta’ din il-familja fejn jinvolvi l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Mela għala qed jagħmel akkuża serja fuq is-Servizzi Sigrieti Maltin issa? Infakkar li fuq is-Servizzi Sigriet Maltin ipoġġi l-Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija u dawn jaħdmu u ħadmu in tandem mal-pulizija u l-investigaturi fuq delitt ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fuq kollox din il-kitba ta’ Jason Azzopardi titfa’ dellijiet koroh fuq l-uffiċjali prosekuturi u d-Deputat Avukat Ġenerali tar-Repubblika Philip Galea Farrugia. Possibli li Jason Azzopardi kien jaf sa mill-bidu b’dan id-depistaġġ u d-deputat avukat tar-Repubblika, Galea Farrugia, ma kienx jaf? U jekk kien jaf u dak li qal Jason Azzopardi huwa minnu, għala Galea Farrugia ma ġibitx l-attenzjoni tal-qorti u l-maġistrati involuti fl-inkjesta ta’ dan il-qtil għal dan il-fatt?

Imbagħad għaliex tibda tistaqsi ħafna mistoqsijiet dwar Philip Galea Farrugia, Philip Galea Farrugia jgħid li qed iħossu mhedded! Mela kemm hemm aktar bżonn iħossuhom mhedda dawk vittmi ta’ dan l-allegat despistaġġ mill-Servizzi Sigrieti Maltin?

Fuq kollox, għaliex il-familja Caruana Galizia u Matthew Caruana Galizia qatt ma fetħu ħalqhom fuq dan l-allegat depistaġġ? Jaqaw kienu fil-but tas-Servizz Sigriet Malti li jafu ħafna affarijiet dwarhom? Jaqaw bl-aktar mod oxxen, din il-familja laħqet ftehiem mas-Servizz Sigriet Malti biex dawn tal-aħħar jibqgħu ħalqhom magħluq dwar affarijiet koroh li dawn l-istess Servizzi Sigrieti Maltin jafu dwarhom? Tgħid is-Servizzi Sigrieti Maltin jafu bil-kontenut li kien hemm fil-Laptop ta’ Daphne Caruana Galizia u għandhom kopja tiegħu? U għaliex, il-familja Caruana Galizia baqgħet b’ħalqha magħluq u ma akkużatx u semmiet l-ismijiet ta’ politiċi involuti f’dan il-qtil ikrah?

U issa joħroġ l-avukat tagħhom stess u jgħid li s-Servizzi Sigrieti Maltin ilu jaf minn mindu inqatlet Daphne Caruana Galiziali dawn riedu jwaħħlu f’ħaddieħor b’dan il-qtil! Huwa impossibli li temmen li huma ma kienx jafu dwar dan id-depistaġġ ukoll!

One thought on “Jason Azzopard itella’ post biex jgħid li ilu jaf li s-Servizzi Sigrieti Maltin ippruvaw jagħmlu depistaġġ fir-rigward tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia minn mindu nqatlet: għala qiegħed jitkellem issa?

  1. Il laptop huwa l qofol tal kobba mhabbla. Kif min kien responsabbli mill inkjesta, qatt ma gie nvestigat biex jghid ghaliex ma gabarx il lap tas sinjura DCG ?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *