“Jien nemmen lil Darren Debono dwar dak li qal fuq Saviour Balzan meta kellmu dwar frame-up minn Keith Schembri… u ngħid għaliex”.

Minn Nazzjonalist Anzjan.

Wara l-istorja li dehret ilbieraħ f’The Sunday Times u fiha ssemma’ Saviour Balzan, kif ukoll it-tweġiba li kien hemm kemm mingħand Saviour Balzan fuq il-Facebook page tiegħu u anki minn dak li kiteb Matthew Vella fil-Malta Today, ikolli ngħidlek li ser nibda naħseb għal aktar popcorn għaliex qegħdin fil-bidu ta’ ġlieda bejn it-Times u l-Malta Today. Ma nafx x’ġara għaliex dawn, sa ftit ilu, kienu ħobża u sikkina. Infakkrek li kienu jġibu l-istess headlines u kif ktibt int kienu parti flimkien f’dak li ġie msejjaħ The Daphne Caruana Galizia project.

Imma issa qiegħed anki naħseb bħalek u naqbel mal-analiżi li qed tagħmel. Ma hemmx dubju, li l-kawża ta’ Adrian Delia ġabet terrimot akbar milli wieħed jaħseb. Anki ċaqalqet mill-fondamenti l-alleanzi li kienu saru fir-rigward tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u kif il-media ħadmet biex tgħatti lil min verament għamel dan id-delitt. Għalhekk nibda biex naqbel miegħek dwar t-terrimoti li qed nassistu għalih. Tant kemm hu minnu li tal-Labour qed jippruvaw jirredikolawha din is-sentenza u jagħmlu minn kollox biex jattakkaw lill-messaġġier u mhux lill-messaġġ tiegħu.

Imma jien ninsab ċert li Darren Debono qal il-verita’ dwar Saviour Balzan. Jien nemmen lil Darren Debono dwar dak li qal fuq Saviour Balzan meta kellmu dwar frame-up minn Keith Schembri u li verament Saviour Balzan qallu li hu jemmen lil Keith Schembri u mhux lilu. U ngħid għaliex.

Ma ninsewx li Keith Schembri kien jieħu lil Saviour Balzan għall-ikel. Ma ninsewx meta Daphne Caruana Galizia kienet kixfet li Balzan kellu saħansitra telefonata f’nofs ta lejl mingħand Keith Schembri. Kien ħareġ li din kienet minnha. Infakkar li meta Daphne Caruana Galizia kienet kixfet din it-telefonata f’nofs ta’ lejl mingħand Keith Schembri, Saviour Balzan kien irvilla. Infakkar li tant irrabja Saviour Balzan li kien għamel ruxxmata tgħajjir fuq Daphne Caruana Galizia – Alla jagħtiha l-Ġenna.

Dan persuna li jrid jiekol minn kull ħalq. Nesa kemm kiel minn fuq Johnny Dalli u l-PN. Jien konvint li kieku, meta kellna r-referendum tal-kaċċa, Saviour Balzan ma kienx involut jew tbiegħed minnu kien jgħaddi. Ħafna nies tbegħdu minn dan ir-referendum jew ma marrux jivvutaw kontra għaliex meta Saviour Balzan kien jitkellem fuq il-kaċċa, kien qisu Taliban.

B’hekk nistennew u naraw ser jiġri fis-siegħat u fil-jiem li ġejjin.

Nieħu din l-okkazzjoni biex ngħidlek proset ta’ dak id-diskors li għamilt fiċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni li saret fl-Universita’ ta’ Malta. Ħadt pjaċir immens naqra dan id-diskors li inti tellajt fuq is-sit tiegħek. Proset tassew u tgħallimt ħafna.

2 thoughts on ““Jien nemmen lil Darren Debono dwar dak li qal fuq Saviour Balzan meta kellmu dwar frame-up minn Keith Schembri… u ngħid għaliex”.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *