Il-fatt li l-Partit Laburista qed jikkonċentra l-attakki tiegħu fuq Adrian Delia juri l-istat konfuż u ta’ paniku li jinsab fih.
Il-Partit Laburista qed jikkonċentra l-attakki politiċi tiegħu fuq Adrian Delia. Qed isir dan għax jafu li Adrian Delia waħdu rnexxielu joħloq terrimot fil-Partit fil-Gvern. Kien il-Prim Ministru stess li beda l-attakki fuq Dr Delia għax jaf li jista’ jagħmillu ħafna ħsara fit-tmexxija tal-Partit tiegħu.
Dawn l-attakki fuq Adrian Delia jikkonfermaw li huwa hu li qed jagħmel tant ħsara u joħloq tant taqlib fil-Partit Laburista. Tinduna ukoll għax kull min qed jiddefendi lill-Gvern qed jagħti iktar importanza għal dak li jintqal minn Dr Delia milli minn xi ħadd ieħor. Minn din l-attitudni tinduna li għal-Labour l-akbar għadu huwa Adrian Delia u mhux il-Partit Nazzjonalista.
Li l-Prim Ministru niżel għall-attakk fuq livell personali jurik kemm qed ikun ta’ fastidju Dr Delia għall-Gvern. Kieku ma kienx ikun hemm għalfejn jattakkaw fuq żminijiet antiki ta’ meta kien avukat mhux fil-politika Dr Delia. Il-Prim Ministru hemm wera kemm ma għandux fuq xhiex jattakka li kellu jqalleb l-arkivji biex jipprova jsib xi ħaġa li jista’ jattakka lil Dr Delia fuqha. Meta tinżel fuq livell personali turi li tkun tlift l-argument kollu u turi wkoll li ma fadallekx argumenti oħra biex tiddefendi ruħek.
Minn nhar il-Ħamis sal-lum rajna iżjed sostenituri tal-Partit Laburista jikkonċentraw l-attakki tagħhom fuq Dr Delia. Huma qed jirrealizzaw li l-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jsib ilsienu u qed joqros fil-laħam il-ħaj grazzi għal dak li rnexxielu jagħmel waħdu Dr Delia. Il-Partit Laburista qed jattakkaw lil Dr Delia għax jafu li jekk iniżżlu lilu jinżel miegħu l-Partit Nazzjonalista kollu.
Dan l-aħħar mhux qed ikun importanti x’qed jgħid Dr Bernard Grech. Mhux qed jattakkaw lil Dr Grech bħal ma qed jattakkaw lil Dr Delia. Bil-fors tifhem li Dr Delia qed jolqot lill-Partit Laburista direttament u daħħalhom f’sitwazzjoni ma hi feliċi xejn. Dr Robert Abela bħalissa qed idur fuqu nnifsu u jargumenta b’mod mhux konvinċenti għaliex b’dak li ottjena Dr Delia ġabu f’difikultajiet kbar. Dr Abela bħalissa jinsab mitluf bis-sentenza li ħarġet b’riżultat tal-kawża li għamel Dr Delia u jaf li Adrian Delia mhux ser iħallih kwiet u ser jibqa’ jagħfas għal aktar riżultati li jagħmlu l-ġid lill-poplu Malti.
Hawn qed inġib wieħed mill-ħafna messaġġi li qed jidhru kontra Adrian Delia.

Actually i think that this is a political strategy by abela.
He is addressing delia as if he were the leader of opposition. The possible intention is to kickstart once more, a rift within pn between the delia supporters (who want in again), and the puppet masters of grech.
From a purely partisan perspective, it makes sense for Labour.
”il-konsulent ta sknska ghall ghaxar snin shah” ”it tax dodger ghall tnax il-sena shah” veru memx xtghzel.
Missed the point completely… Delia is attacked to show that Grech is a nobody and so the Grand mistake of the establishment in removing Delia is more crystallized …. And remember there are four more budgets , four more years of honing the economy for more wealth for the people
Il-Labour għamel l-iżball li qagħad jgħolli lil Adrian Delia meta dan kellu problemi fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. B’hekk Delia ġie iktar kredibbli mal-Laburisti, u dak li qalet il-Qorti fis-sentenza tal-kawża li ressaq Delia hu wkoll ferm iktar kredibbli mal-Laburisti. Dik is-sentenza kienet kundanna enormi u storika għal-Labour.
Issa l-Labour qed jipprova jirrimedja billi jattakka l-persuna flok l-argument. Il-Labour qed jattakka lil Adrian Delia fuq il-fatt li kien Avukat għexieren ta’ snin ilu ta’ kumpanija li fil-fatt ħalliet sptar sħiħ u kbir, il-Mater Dei, flok ħallet loki, bħall-Vitals u Steward.
Il-Labour qiegħed evidentement in panic mode. Mhix ħaġa tal-għaġeb meta tqis is-surveys, wieħed pubblikat ġimgħa ilu u l-ieħor li baqa’ mhux pubblikat ilbieraħ. U lanqas ma hi ħaġa tal-għaġeb meta tqis li Steward qed tattakka lil-Labour fil-gvern bħala frodist. Dak li tista’ toħroġ Steward issa jista’ jagħmel ħsara enormi lil-Labour għax Steward taf sewwa xi frodi għamlu Vitals u l-Labour.
Skanska ħalliet warajha sptar sħieħ xejn li m’hix kbir biżżejjed għal bżonnijiet li jenħtieġ in-nazzjon barra li nstab li għandu problemi kbar strutturali li biex jittranġaw jinħtieġu l-miljuni. Ta’ dan kollhu li ħalliet warajha Skanska ġiet mgħotija waiver mill-gvern ta’ Gonzi PN ħalli lebda ħadd ma jkun jista’ jfittixha għad-danni fil-futur.
Kulħadd iħares lejn l-affarijiet li jiġru skont il-lenti prospettiva personali.