Mark Camilleri kien diżorganizzat u lanqas kellu għarfien sew ta’ xogħlu
Minn Marica Micallef
Mark Camilleri – għad jinkiteb ktieb sħiħ fuqu li biex iġġorru, tkun trid karrettun b’tużżana roti.
Dan is-sit diġa’ ħareġ xi artikli fuq dan il-proxxmu, individwu u karattru. Minix se noqgħod nidħol aktar fid-dettall pero’ vera trid tkun wiċċek u wara xorta biex tmur toħroġ il-valenu għal Profs Mercieca u d-dipartiment tal-Istorja tal-Universita’ ta’ Malta. Jiena prodott tal-Universita’ ta’ Malta, għalkemm l-akbar tagħlim tagħtuli l-ħajja u l-esperjenza li ż-żmien biss iġib miegħu. It-tagħlim ma jiqafx l-Universita’, imma jrid jitkompla b’qari kontinwu. Pero’ xorta grata lejn it-tagħlim uniku li ħadt minn uħud mill-professuri li kienu “walking encyclopedias”.
Jekk Mark Camilleri jdejqu dan is-sit, problema tiegħu. Aħna hawnhekk qatt ma ngħidu lill-qarrejja x’għandhom u x’ma għandhomx jemmnu, la nħaddmu l-liberta’ tal-ħsieb u l-liberta’ tal-espressjoni. Sta għall-qarrejja li jagħmlu r-riċerka tagħhom.
Il-parir li jiena biss nagħti hu li aħna għandna l-obbligu li nitgħallmu u naqraw dwar kollox kemm nistgħu u għalhekk il-qarrejja għandhom jużaw dan is-sit bħala biss tluq biex huma jieħdu informazzjoni differenti minn dik li tagħtihom il-propaganda, it-terror media u xi karattri oħra li għandna jiġru mas-saqajn.
Issa dwar Mark jiena nista’ biss ngħid ħaġa, f’sensiela oħra mill-ħafna ta’ ħajti fejn kollox jinħadem bizzilla ħalli mbagħad nagħti lill-poplu din l-informazzjoni differenti.
Bħalissa milli jidher Mark qed jilgħaq u jerda’ l-Partit Nazzjonalista, u forsi, l-EU. Żmien ilu, meta Mark qagħad jilgħaq lill-gvern tal-Labour, kien ġie ppremjat talli qagħad jerda’, billi ġie mpoġġi bħala Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Niftakar li kien hemm post f’dan il-kunsill għal xogħol dinamiku li jien kont applikajt għalih. Jekk niftakar tajjeb kien fuq bażi part-time. Fil-bidu ma kontx ġejt magħżula sakemm darba nirċievi imejl fejn ġejt mgħarrfa jekk nixtieqx naċċetta l-pożizzjoni. Kont niftakar tlabt li jkolli iktar informazzjoni ħalli nevalwa stajtx nagħti s-servizz tiegħi, minħabba li kienu għaddew xhur minn l-ewwel darba li kont applikajt.
F’laqgħa li kelli, kont ġejt mgħarrfa minn Mark innifsu li x-xogħol seta’ jsir mid-dar, għalkemm ma kienx hemm ħin fiss. Kien hemm xi xogħol li ried isir filgħaxija u anki fi tmiem il-ġimgħa. Niftakar li kellu x’jaqsam mal-fatt li tisma’ xi programm fuq ir-radju u mbagħad tagħti u titfa’ l-analiżi tiegħu fuq is-sit.
Jiena ma kellix problemi b’dan u barra minn hekk, minħabba li jiena nħobb ħafna l-kotba, ħsibt li kien ħa jkolli xogħol apparti, fejn nimraħ u nkun fis-seba’ sema. Barra minn hekk, biex ngħid kollox, il-paga kienet tajba, meta tikkunsidra li dan kien xogħol part-time, li ma’ kull jum li beda jgħaddi, irriżulta li ma kien part-time xejn għax kull ġurnata, dejjem b’xi kanna.
Meta ġejt għas-si u għan-no, ftit wara, ġejt mgħarrfa mill-kumplament tal-ħaddiema li dan huwa xogħol li l-maġġor parti tiegħu għandu jsir mill-binja fil-Belt. Meta spjegajt li jiena kont aċċettajt fuq il-premessa li nista’ naħdem mid-dar, għax hekk kien qalli Camilleri, kont ġejt mgħarrfa li Camilleri ma jifhimx u ma jafx x’inhu jiġri għax ma tantx ikun fil-binja għax qed jagħmel xi studju. Tajba wkoll.
U fil-verita’, meta jiena bdejt inkun preżenti fil-binja, lil Camilleri rajtu darba biss. Ġie frisk bil-helmet għal xi siegħa, u telaq lil hemm. Darb’oħra ċempel fejn il-mowbajl kien ġie mdawwar “speaker” u d-dagħa li nstema’ ħiereġ minn ħalq Camilleri, kien tant tal-waħx li allaħares konna ġol-kappella Sistina, għax kienet taqa’!
Kont sirt naf ukoll li jiena kont ir-raba’ persuna li kont qed naħdem f’dik il-kariga. Qabli kien hemm tlieta oħra li wara ftit jew telqu jew ġew imwaqqfa. Il-kliem li ngħatali kien “Ma’ Mark diffiċli taħdem.” Fil-fatt jiena ġejt imwaqqfa u mhux għax ma kontx qed nagħmel xogħli sew, imma għax ma stajtx insib tarf tad-diżorganizzazjoni li suppost kelli nsib tarf tagħha u norganizza. U ara taħsbu li ġejt mgħajta minn Camilleri fejn imqar jeħodlok b’idek u jirringrazzjak talli ppruvajt issib tarf tad-diżorganizzazzjoni li l-kunsill kien fiha taħtu. Minflok, kien impjegat li ċempilli biex jgħarrafni, wara li Camilleri ordnalu li jagħmel hekk. Mal-Marxisti, jekk tieħu żball wieħed, dritt għall-forka!
Il-kumplament tal-ħaddiema, li wħud minnhom kellhom ħafna esperjenza u kienu ilhom jaħdmu hemm, u li kienu qalbhom immens twajba u ġwejda, u dedikati, kienu spiss juru d-diżapprovazzjoni tagħhom lejn l-għażla fejn fiha Camilleri tpoġġa f’din il-kariga. U d-dagħa u n-nuqqas ta’ organizzazzjoni u għarfien li kienu parti minn din il-kariga, sforz din l-għazla, kienu jaqilgħu l-istess kritika wkoll.
This is what happens when idiots and insiders get promoted.
https://markcamilleri.org/2022/12/03/the-man-who-can-never-be-wrong/
U metsola tippoza mieghu. Ma dak li sa jpejjep il haxixa f celebrazzjoni meta jmut Gonzi.
Quo vadis pn?
Corma nies imdejqin bihom infushom u ilhom hekk issa mit 2013
Mark Camilleri tinduna x inhu anka min kliemu u persuntu ahseb u ara taghmilha mieghu…..x biza ta bniedem