L-editorjal ta’ The Sunday Times jitkellem fuq l-istess sfidi li dan is-sit ilu jitkellem dwarhom li għandu quddiemu l-gvern u l-Partit Laburista.

Minn Osservatur politiku

Illum l-editorjal ta’ The Sunday Times tkellem fuq l-istess affarijiet li ili nikteb dwarhom fuq dan is-sit. L-editorjal ta’ The Sunday Times qalilna li jkun żball kbir għall-Partit Laburista li ma jagħtix importanza lill-istħarriġ li sar ġimgħa ilu u li tana riżultat li, għalkemm xi ftit xokkanti, wera li fil-politika ftit ġranet jistgħu jaqilbu kollox. Il-Partit Laburista jrid bil-fors ukoll jagħti każ tas-sentenza li ħarġet mill-kawża tal-isptarijiet. Dan minħabba l-fatt li din is-sentenza saret ftit jiem biss qabel ma sar dan l-istħarriġ.

Allura ma jkunx qed jintqal ħażin meta jinkiteb li r-raġuni prinċipali għal dak ir-riżultat tal-istħarriġ huwa minħabba dak li ġie żvelat minn dik is-sentenza. Veru li ma tistax ma tinkludiex ukoll affarijiet oħra li bħalissa qed jolqtu ħażin lill-Partit Laburista bħal ma huma l-kostruzzjoni, l-abort u l-korruzzjoni. Fil-fatt is-saga tal-isptarijiet fiha xamma qawwija ta’ korruzzjoni fiha.

Li d-distakk fi żmien xahar jinżel għal 8,500 juri x’daqqa kbira ħa l-Partit Laburista li sa xahar ilu kellu vantaġġ ta’ 56,000. Dan jista’ jkun il-bidu fit-tibdil tan-numri li kienu qed jaqraw tant tajjeb favur il-Partit Laburista. Imma forsi dan l-istħarriġ ġie fi żmien tajjeb għall-partit fil-Gvern. Dan għax għad fadal żmien biżżejjed biex il-Partit Laburista jista’ jistejqer minn dan ix-xokk li jnagħta fl-aħħar stħarriġ.

L-editorjal kompla jgħidilna li ma tistax ma ssemmiex li dan l-aħħar il-Partit Laburista kien attakkat minn ġewwa stess u min-nies prominenti li ġejjien mill-għalqa tiegħu. Qed nirreferi għal Marie-Louise Coleiro Preca, Evarist Bartolo, Desmond Zammit Marmara u Conrad Borg Manche’. Dawn kollha qed jagħjtu biex il-Partit Laburista jagħmel daqsxejn eżami tal-kuxjenza, jirrealizza x’qed isir ħażin u jikkonsidra kif ser joħroġ minn dan il-perjodu iswed li għaddej fih bħalissa.

Il-Partit Laburista qed jintalab jinża mill-arroganza li tidher li ħakmitu. Ma jistax jibqa’ jħares banda oħra meta hemm ħafna affarijiet li qed jikkrollaw madwaru. Irid jagħti każ ukoll ta’ dak li qed jagħmlu l-Ministri madwaru bħal Ian Borg u l-illegalita’ tal-pixxina li bena d-dar, Silvio Schembri u l-qrubija tiegħu mal-kuntratturi li ħadu dik il-biċċa art fil-Mellieha. Dawn ukoll qed jibgħatu messaġġ ċar ta’ arroganza li jwassal biex inaqqsu mill-voti vantaġġ li jgawdi l-Partit Laburista.

Robert Abela jrid ukoll joqgħod attent li ma jibqax ifaħħar lill-barranin u jelenka affarijiet li ntgħamlu minnhom, meta kulħadd jaf li dak li sar ma huwa xejn ħlief miljorament mequż komuni li jsir fl-isptarijiet kollha meta neċessarju. Robert Abela għandu ħafna x’jitgħallem mill-kawża tal-isptarijiet. Issa wasal iż-żmien li jipprova jirkupra mit-telf li ġarrab billi jerġa’ jiġbor it-truppi u jindirizza l-problemi tal-pajjiż b’ħafna aktar determinazzjoni u enerġija.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *