Issa anki Jacob Borg ta’ The Sunday Times qed jibda jaqbel miegħi li hemm frame-up wara l-qtil ta’ Daphne; Saviour Balzan jakkuża The Times b’fake news.

Issa anki Jacob Borg jidher li qed jibda jaqbel ma’ dan is-sit li hemm frame-up wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Issa kiteb artiklu fejn fih qed jgħid li ċertu Darren Debono, li huwa nvolut fit-traffikar taż-żejt allega li Keith Schembri pprova jiffrejmjah bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Infakkar li l-isem ta’ Darren Debono kien issemma’ fil-media anki ma’ dak tal-avukat Arthur Azzopardi. Infakkar li l-avukat Arthur Azzopardi għamilli kawża tal-libel u qabbad avukat li t-tifel tiegħu, huwa ukoll avukat, u ħabib ħafna ta’ Jacob Borg!

Imma ejja nibqgħu fuq l-istorja. Saviour Balzan ħassu rrabbjat b’artiklu li Jacob Borg kiteb dwaru llum f’The Sunday Times. Jacob Borg akkuża b’mod indirett lil Saviour Balzan b’konnessjoni u konkussjoni ma’ dan id-delitt. Fi kliem ieħor, ħadem biex jgħatti l-involviment ta’ Keith Schembri f’dan il-qtil. Dan hu dak li kiteb Jacob Borg dwar x’qallu Darren Debono.

Min-naħa tiegħu, Balzan irribatta billi kiteb post fuq facebook fejn fih għamel argument ad hominem fejn ddiskriva lil Darren Debono bħala kriminal magħruf. Fuq kollox, Balzan rribatta lura u akkuża lil Jacob Borg b’fake news imma ma ċaħadx li Darren Debono mar fl-uffiċju tal-Malta Today biex ibiegħlu storja. Balzan qallu li kull ma ġara kien li dan “il-kriminal” ġie għand il-Malta Today u ried ibiegħilhom l-istorja tiegħu. Dan hu dak li kiteb Saviour Balzan:

I keep my facebook account open only to reply to stories and allegations published in other media that are untrue or simply incorrect or blatant lies. Otherwise I prefer the traditional media. This morning Jacob Borg a journalist with The Times carried a story after a conversation with top criminal Darren Debono, and repeated his claim that I told him (Darren Debono) that I believe Keith Schembri and not him. That is a fat lie. Untrue and an invented story. Darren Debono a shady character arrived unannounced at the office of MaltaToday asking to see Matthew Vella the editor and I accepted to be present in this meeting with Debono in my office. He went off into a rant about the fuel smuggling stories and not being the murderer of Daphne Caruana Galizia together with irrelevant stories about his wife and children. He asked me to pass on messages to Joseph Muscat and Keith Schembri and I simply replied that I was no one’s messenger. As was the case in other stories, The Times have a long tradition of hitting out at me. The last episode involved disgraced jiurnalist Ivan Camilleri who was later kicked out of The Times. Then The Times through their editor Herman Grech chose to believe Ivan Camilleri and not me. Once again Herman Grech chose to publish a story by Jacob Borg based on the lie told to him by a hardened criminal renowned for his stories and machinations. Ignoring the principle that a story is not a story simply because it plays into the narrative of prejudice, story counts and fiction.

Jien mhux ser nidħol fuq din l-istorja. Imma issa anki l-ġurnalisti liberali qed jagħtu bejnithom. Il-ġurnalisti ta’ The Sunday Times u tal-Malta Today ma għadhomx alleati. Jidher li ma għandhomx parti mid-Daphne Project!

Imma dak li huwa interessanti li issa, kemm Jacob Borg, Herman Grech, Karen Cacciattolo, u Matthew Xuereb qed jispiċċaw jieklu kliemhom meta għajru lili b’fake news għaliex bdejt nitkellem fuq il-frame-up magħmul kontra Yorgen Fenech. Infakkar li The Times kienet parti minn dan il-frame-up. Issa jidher ċar li l-ġurnali prinċipali ta’ Malta kienu qed jitmexxew minn Keith Schembri.

Minn gazzetta l-aktar irrispettata f’Malta, bħal ma kienet fi żmien Lawrence Grech, Herman Grech flimkien ma’ Karen Cacciattolo u Matthew Xuereb irnexxielu jagħmilha l-farsa tal-jum. Imsomma, kif ngħidu bil-Malti, irnexxilhom iġibuha għoqda. Basta dawk l-attakki li kienu jagħmlu fil-passat kontra tiegħi.

Jidher ċar li l-protezzjoni li kellu Keith Schembri mill-Amerikani tilifha wara din is-sentenza kontra Steward Health Care. Issa The Sunday Times daret kontra tiegħu u ser tibda tikxef l-għawwar u ser ikollha tgħid li anki Yorgen Fenech ġie ffremjat.

Verament kif jgħidu bl-Ingliż, the chickens are coming home to roost!

5 thoughts on “Issa anki Jacob Borg ta’ The Sunday Times qed jibda jaqbel miegħi li hemm frame-up wara l-qtil ta’ Daphne; Saviour Balzan jakkuża The Times b’fake news.

  1. Ma jfissirx li Yorgen mhux involut u/ jew li hallas biex jitqabbdu l esekuturi tar reat. Hemm l recordings li jikxfuh!

    1. Infakkrek li sa ftit ilu kien deskritt bhala The Mastermind ta’ dan id-delitt. Issa jiddecidu l-gurati wara li tingib ix-xhieda kollha jekk kienx involut jew gie framed-up mill-masterminds ta’ dan id-delitt

    2. Fuq kollox, x’garanzija għandek li dawk ir-recordings humiex parti mill-ħadma jew aħjar il-frame-up li sar? Taf x’naf, li l-avukat tar-Repubblika ħadem kemm felah biex jevita li Melvin Thuema jinġib ghall-kontro-ezami tad-difiza meta kien qed isir il-kompilazzjoni tal-provi!!! Min jaf għaliex hux?

  2. Ta Yorgen cara li kull ma involva ruhu bhal kull businessman fin negozju u wiehed ma jridx jinsa li skond il lista ta Lovin Malta..ta dcg kien it 22 mafia style hit….
    Ahna kollox irridu nergghu nivvintaw ir rota kif iddur….mela delitti bhal ta Kennedy u nies maghrufa dejjem waslu sa min esegwixxa l qtil…ahna aqwa ghax irridu insibu mastermind…u sibna negozjant miljunarju….p

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *