Roberta Metsola turi l-appoġġ tagħha lejn Mark Camilleri

Mark Camilleri tella’ ritratt fejn qal lid-dinja li mar ikla ta’ Roberta Metsola. Mhux biss mar ikla imma ħa ħsieb li jieħu ritratt magħha. Roberta Metsola ma ddejjiqtx tieħu ritratt miegħu. Dan seħħ wara li l-istess Mark Camilleri kiteb artiklu fejn attakka l-akkademiċi Nazzjonalisti fl-Universita’ ta’ Malta. Huwa attakka akkademiċi Nazzjonalisti li huma kontra l-abort.

Ma hemmx dubju, li Roberta Metsola u Mark Camilleri jaqblu fuq il-kwistjoni tal-abort u magħha nżid li dawn it-tnejn jaqblu għall-qerda tal-kristjaneżmu minn Malta. Imma l-aqwa li Metsola tmur fuq quddiem fil-knejjes u wara tagħmel dawn it-tip ta’ alleanzi mal-kommunisti. Dan juri l-veru wiċċ ta’ din l-Ewropa li qed tkun iffurmata bbażata fuq għall-alleanzi ma’ min jobgħod ir-reliġjon ta’ Kristu.

Jien niftakar sew li Eddie Fenech Adami kien jirrifjuta li jieħu ritratti meta kien fil-politika ma’ persuni li kienu jkunu kontroversjali għaliex ġustament, ma kienx irid iħalli li huwa jintuża minnhom.

F’dan il-każ ma hawnx rifjut. F’dan il-każ hemm aċċettazzjoni u qbil. Dan ir-ritratt huwa konferma oħra tal-alleanzi li qed iseħħu fil-PN ma’ dan ir-raġel li ħalef li jobgħod lill-partit Nazzjonalista u n-Nazzjonalisti. Din hija konferma oħra ta’ dawn l-alleanzi li ser iwasslu għal aktar inkwiet u ġlied fil-Partit Nazzjonalista.

7 thoughts on “Roberta Metsola turi l-appoġġ tagħha lejn Mark Camilleri

  1. Jaqq.

    Its incredible…it seems she is attracted to those that spew venom at every turn.

    How utterly disgusting and revolting to pose and smile with such a callous and venomous individual.

    1. Naqbel 100%. Jekk nivvota irrid nivvota lil min hu kontra l abort..min hu favur l abort qatt ma jiehu vot minn ghandi.

  2. Roberta’s behavior has absolutely nothing to do with that of Mark Camilleri. They are not birds of a feather. It could be friendship only that brought them together and certainly not exemplifying ideals.

  3. Jien naħseb ki probabilment, lanqas biss kellha idea min hu. L-ewwelnett għax ‘Min hu, fuq kollox?’ u t-tieni nett tinsiex li kull erbat ijiem. Ibiddel l-apparenza tiegħu għax idejjaq lilu nnifsu fil-mera. U hu stess iddikjara li mar apposta għal dak ir-ritratt f’attivita pubblika u hijackjaha l-opportunita!

  4. Diffiċli li tivvota lil min hu kontra l-abbort, għax illum jgħidulek li huma kontra u mbagħad jgħidu li bidlu l-opinjoni minħabba it-tfal. Għallijista jkun it-tfal jiżbaljaw iridu li is-soluzzjoni tkun li joqtlu flok jerfgħu ir-responsabbiltà ta’ għemilhom. Inwarrbu lil Alla minn ħajjitna u ftit ftit il-kuxjenza tibda tnin. Kollox isir tajjeb basta nkunu komdi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *