Rabja għas-Segretarju Ġenerali talli stieden lil Mark Camilleri fid-Dar Ċentrali
Wara l-pubblikazzjoni tar-ritratt li l-istess Mark Camilleri tella’ tal-laqgħa li kellu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, dan is-sit irċieva messaġġi fejn dawk konċernati wrew id-disapprovazzjoni tagħhom. F’messaġġ minnhom intqal
“Huwa verament tal-mistħija li s-Segretarju tal-Partit Nazzjonalista jsib ħin biex jistieden lil Mark Camilleri meta għad għandu ħafna Nazzjonalisti li kienu jgħixu fl-istamperija u li għadhom ma ġewx nistiedna u milqugħa. Jekk dan huwa l-mod kif din l-amministrazzjoni ser iġġib l-għaqda fil-Partit Nazzjonalista, nista’ ngħidlu li din mhux ser iseħħ.”
Messaġġ ieħor kien jgħid:
“Mark Camilleri hu Komminist konvint li llum huwa temporanjamemnt miġġieled mall-Labour. Żgur li mhux xi persuna idonea li tagħti pariri lill-PN jew li tidħol fil-ġlieda politika miegħu jew tagħmel avvanzi daqstant mill-qrib. L-ewwelnett Mark Camilleri se jkun taliban ieħor. Ser ikun Jason Azzopardi l-ġdid li tant jigbed antipatija lejh minn nies moderati. Meta se jitgħallem dan il-partit li l-gwerra tal-ħdura u t tgħajjir mhux se tagħtih il-frott?
It-tieni, dan Mark Camilleri mhux talli m’għandux xamma politika, talli jdur ma kull riħ skont kif jaqbillu. Tgħid x’wegħduh li se jkun qed jagħtuh il-PN? Imma lura għax-xamma politika, dan għamel minn kollox biex tella’ lil Joseph Muscat fil-gvern. Dan ma xammx id-diżonesta li kellu dan ir-raġel wara t-tbissima u ma xammx il-prinċipji ta’ Adrian Delia tant li sa ftit ilu kien wieħed minn dawk li jdoqq il-varjazzjoni tad-diska li Adrian Delia huwa żiemel ta’ Trojja.
U issa dan sar tant raġel sew li mhux biss sar iħobbu Bernard Grech, imma anki r-Repubblichini u lil Daphne Caruana Galizia li meta kienet ħajja tgħidx kemm kien jgħajjarha. Infakkar li dan mhux lil PN ta’ Gonzi biss qed jgħajjar, imma anke lin-Nazzjonalisti li hemm jgħallmu fl-universita’ u baqa’ jgħajjarhom anki wara din il-famuża laqgħa fid-Dar Ċentrali.“
Persuna oħra kitbek hekk:
“Jekk din ser tkun il-loġika tal-PN biex forzi jingħaqdu ħalli jitneħħa l-Partit Laburista, allura bil-maqlub ser jiġri. Il-Partit Laburista fil-gvern ser jibqa’. L-istorja politika ta’ pajjiżna u tad-dinja turina li elezzjonijiet ma jintrebħux billi forzi opposti jingħaqdu, imma billi jsiru koalizzjonijiet bejn partiti u nies tal-istess ħsieb politiku. Dan hu dak li kien għamel il-fundatur tal-PN modern, Monsinjur Ignazio Panzavecchia u għamel miċ-ċentru partit politiku rebbieħ. Min-naħa l-oħra, jekk laqgħat kontroversjali bħal dawn huwa l-mod ġdid kif il-PN irid iġib l-għaqda u jibni koalizzjonijiet wesgħin, mela għandu għax jinsa li xi darba l-PN ser jerbaħ. Dawn it-tip ta’ koalizzjonijiet jikkreaw aktar preġudizzji u antipatiji lejn l-istess Partit Nazzjonalista.”
Ftit ġranet ilu, Michael Briguglio għamel blogpost brillanti u din il-blogpost ġiet riprodotta kollha b’tifħir xieraq f’dan l-istess sit.
Michael Briguglio qal li “l-loġika tan-numri turina b’mod ċar li, ngħidu x’ngħidu, l-uniku forza li tista’ tneħħi l-Partit Laburista mill-Gvern huwa l-Partit Nazzjonalista,” u li dan jista’ jsir biss b’rebħa f’elezzjoni ġenerali.
Kompla jgħid: “L-istorja politika ta’ pajjiżna turina li bosta kampanji u elezzjonijiet intrebħu meta kien hemm koalizzjonijiet wesgħin,” anki b’involviment ta’ partit politiku.
Michael Briguglio spjega li biex koalizzjoni bħal din tinħoloq, “tinħtieġ ħidma flimkien kemm internament, kif ukoll ma’ forzi politiċi u soċjali oħra, li, sadanittant, iridu jkunu lesti li jpoġġu fil-ġenb preġudizzji, antipatiji u affiljazzjonijiet sabiex tinħoloq forza rebbieħa ġdida. Huma l-koalizzjonijiet wiesgħa li joħolqu Gvern, u mhux interessi jew affiljazzjonijiet dojoq.”
Ta’ min isegwi dak li ġie riprodott f’dan l-istess sit u dak li qal Michael Briguglio. L-antipatiji personali bejn nies li qegħdin fuq l-istess naħa kontra l-kriminalità fil-gvern ħsara jagħmlu, mhux ġid.