Payback time: Il-PN qed iħammem mozzjoni kontra Ian Borg fil-Parlament minħabba s-sentenza tal-qorti dwar is-swimming pool tiegħu

Issa huwa ż-żmien tal-payback time għall-Partit Nazzjonalista. Bħal Beppe Fenech Adami, Ian Borg inqabad li mhux biss għandu swimming pool f’żona ODZ, imma issa hemm sentenza kontrieh fil-qorti.

Infakkar il-kampanja li kien għamel il-Lejber kontra s-swimming pool li bena Beppe Fenech Adami. Niftakar li kienu talbuni biex nidher fuq in-NET TV u anki kont iddefendejt id-deċiżjoni ta’ Beppe Fenech Adami li jkollu swimming pool mad-dar tiegħu.

Anki hawn, forsi nidher ftit barra mill-loki, imma wieħed irid jara fejn ser naslu. Mhux ser ngħid bħat-tfal, li persuna importanti fil-PN sa permess biex jagħmel swiming pool fuq is-swar tal-Imdina ġab. Il-problema tinsab fil-fatt li ċertu persuni jġibu dawn il-permessi u oħrajn, nies komuni jgħadduhom minn martirju fuq permessi iċken. Huma dawn l-affarijiet li jweġġgħu lin-nies.

Imma issa l-Prim Ministru jinsab dahru mal-ħajt. Fuq affarijiet ħafna iċken ġiegħel membri fil-kabinett tiegħu biex jirriżenjaw. X’ser jagħmel issa quddiem din it-talba tal-Partit Nazzjonalista? Għaliex fil-politika, qed nispiċċaw bħal fl-istorja tal-permessi, skont min inti.

Dak li hu żgur, li l-konferenza li saret illum mill-Partit Nazzjonalista kontra Ian Borg minħabba dan is-swimming pool huwa l-ewwel pass fi strateġija aktar wiesa’ li għandha twassal biex naraw mozzjoni oħra fil-parlament, din id-darba kontra Ian Borg u biex il-Prim Ministru jneħħieh. Infatti, dan is-sit jinsab infurmat li qed titħammem din il-mozzjoni kontra Ian Borg.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma nafx kemm Ian Borg ser jibqa’ ministru. Ġa ġie mqiegħed ministru tal-Affarijiet Barranin, li fil-kamp Laburista ġabuh ifisser ministeru li tagħtih lil dawk id-deputati li trid teħles minnhom.

F’dawn iċ-ċirkustanzi għandi dubji kemm Ian Borg iwassal sal-aħħar ta’ din il-leġislatura u naħseb jew aħjar nipprevedi li jkun hu, li jgħid li ser jieqaf mill-politika.

Iż-żmien għal darba oħra jagħtina parir.

One thought on “Payback time: Il-PN qed iħammem mozzjoni kontra Ian Borg fil-Parlament minħabba s-sentenza tal-qorti dwar is-swimming pool tiegħu

  1. Swimming pool or no swimming pool, Ian Borg like most of our politicians is a presumptuous incompetent not fit for purpose. They don’t even comprehend the gravitas that is demanded of them, particularly at an international level. His performance in the UN where he was captured on mike saying that he ignored what the Russian delegate to the UN had to say is utterly unprofessional and dangerous. The likes of him think just because they can impress some die-hard partisans in their local party club they are fit for office – they are most certainly not.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *