Li wieħed jobżoq fuq il-ġurnalisti ħażin: imma li ċertu ġurnalisti jobżqu l-vomtu li għandhom f’qalbhom fuq in-nies ħażin akbar

Mela għaqda tal-ġurnalisti talbet li jkun investigat anzjan għaliex beżaq fuq xi ġurnalisti tal-One TV. Ovvjament ħażin għamel u huwa att ta’ min jikkundannah. Issa ser intellgħuh il-qorti u nagħmlu show bih.

Imma mbagħad biex ġurnalisti jużaw l-media biex jgħidu u jigdbu fuq ċittadini normali – hemm ma hemmx problema.

Jien għadni sallum nistenna li Matthew Xuereb, il-president tal-għaqda tal-ġurnalisti Maltin, biex jgħidli fejn wasslet l-investigazzjoni tal-kummissarju tal-pulizija li huwa stess kien talab wara li jien ippubblikajt dak il-famuż artiklu fuqu. Infakkar li jien kont tellajt blog fejn għidt li mad-domain ta’ The Times u mal-isem ta’ dan il-ġurnalista kien hemm marbuta fake profiles li ħlief jobżqu l-ħdura u l-mibgħeda li għandhom f’qalbhom fuq in-nies ma kienux jafu jagħmlu.

U mbierek Alla, ma tisma’ xejn! Anzi l-Bank of Valletta jagħtihom il-flus u l-għaqda tal-ġurnalisti Ewropej tagħtihom palata biex ixerrdu l-gideb tagħhom bħal meta gidbu fuqi li kont qed nagħmel l-ispoofs. Mela dan mhux wkoll bżieq? Infakkar li hemm ċertu ġurnalisti Maltin, membri tal-IGM, jibbrillaw fih. Għaliex ma tistidnux lil Fr. Joe Borg ħa jagħtikom xi lezzjoni brillanti dwar kif tobżoq il-gideb fuq in-nies?

Kemm infakkar lil Matthew Xuereb meta waħda mid-diretturi tiegħu wżat quote bil-Latin biex tobżoq il-ħdura tagħha fuqi. Ħasbet li jien ma nafx Latin! Anzi nafu aktar minnha. Infakkar lil dan Matthew Xuereb li din it-talija wżat il-Latin biex tgħajjarni “bastardus”. Fl-imgħoddi u fl-ilsien Latin, din hija offiża serja ħafna, aktar minn beżqa ta’ wieħed xiħ!

Ħażin għamel dan l-anzjan li beżaq, imma ħażin qed jagħmlu l-ġurnalisti li jużaw il-pinna – biex kif kienet tagħmel Daphne Caruana Galizia – Alla jagħti l-glorja tal-ġenna – ikissru lin-nies. Dan hu kollu riżultat tal-ħdura li l-istess ġurnalisti liberali bdew imexxu matul il-kampanja tad-divorzju biex ifarrku lil min kien ma jaqbilx magħhom. Issa ir-riħ li nżera’ dak in-nhar, illum sar riefnu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *