Futur inċert għal Chris Fearne
Il-Malta Today tatna storja fejn fiha rrappurtat li Steward Health Care akkużaw lill-gvern Malti bħala li mhux reliable partner għall-kumpaniji barranin. Din hi set back għall-futur ta’ Chris Fearne biex jilħaq kummissarju jew jieħu xi pożizzjoni fil-WHO. Fil-każ tal-EU, huwa ser jistenna grilling qawwi. Naħseb li nkun qed ngħid sew li ser jixwuh waħda sew!
Infakkar li Steward Health Care kienu sejrin għall-appell u mbagħad, f’daqqa waħda telqu minn Malta. Issa żiedu d-doża u qalu li l-gvern ma hux ta’ min jafdah.
Wisq probabbli, id-difiża li rajna lbieraħ fil-parlament hija riżultat ta’ dan il-fatt. Jaf li din il-kumpanija Amerikana ser tuża s-saħħa tagħha biex tpattiha lil Robert Abela.
Infatti, stqarrija bħal din jista’ jkollha riperkussjonijiet anki fuq Fearne jekk irid xi post fil-WHO. Hemm il-korruzzjoni tibbrilla. Jekk hemm prova ta’ dan huwa l-mod kif il-WHO mexxiet ‘l hekk imsejħa pandemija. Bil-pulit qed jgħidu lill-gvern Malti li issa ma għadkomx ta’ min jafdakhom.
Mhux għaliex il-pajjiż jew id-dinja ser titlef lil Chris Fearne ma jieħux xi post fil-WHO. Imma din tkompli tikxef aktar inkwiet għal gvern u għal Robert Abela, peress li Steward Health Care huma b’saħħithom fl-Istati Uniti, pajjiż fejn il-lobbies u ċ-ċrieki finanzjarji imexxu l-politika Amerikana u dik tal-kontinent Ewropew.
