Mhux minnu dak li kien ġie rrappurtat mill-Malta Today li l-Prison Leave Advisory Board approva l-prison leave ta’ George Degiorgio
Ftit tal-jiem ilu, the Malta Today tatna storja li l-Prison Advisory Board approva l-prison leave ta’ George Degiorgio. Dan is-sit jista’ jikkonferma li din l-informazzjoni mhix minnha. Il-membri tal-Prison Advisory Board ma appruvawx dan il-leave. Mela kien id-direttur tal-ħabs waħdu li appruvah. Din l-istorja reġgħet saret valida wara li The Times irrappurtat b’mod żbaljat li George Degiorgio irid jerġa’ joħroġ mill-ħabs biex din id-darba jattendi għall birthday tat-tifla. Fil-verita’ huwa ħuh Alfred, kif irrapporta dan is-sit, li għamel din it-talba.
Mela tajjeb infakkru x’kienet qalet il-Malta Today meta rrappurtat li l-avukati ta’ George Degiorgio kienu għamlu rikors il-Qorti biex il-klijent tagħhom ikun jista’ jinħareġ fuq prison leave fi Frar li għadda. Dan il-ġurnal kompla jgħid:

Din hija gidba sfaċċata! Dan għal fatt li dan is-sit jistà jiżvela li mhux minnu li l-Prison Leave Advisory Board kien approva dan il-leave, anzi bil-kontra, għamilha ċara li ma kienx favorevoli li dan il-leave jingħata.
Minn informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li kemm il-Pulizija kif ukoll l-FIAD qed jinvestigaw il-każ wara li t-tifel ta’ George Degiorgio kien kiteb il-frażi “money talks” fuq il-Facebook page tiegħu.
Mela issa ħareġ ċar li d-Direttur tal-Ħabs ma riedx jerfa’ r-responsabiltà li titfà fuq spallejh il-liġi li tirregola l-ħabs, jiġifieri S.L. 260.03 att 61, fejn tgħid ċar u tond li l-aħħar deċiżjoni fuq prison leave ta’ priġunier hi f’idejn id-Direttur tal-Ħabs u mhux il-Qorti. Il-Qorti tistà biss tirrakkomanda.
Wieħed ma jistax jifhem għala l-Prim Ministru u l-Ministru Byron Camilleri, li huma t-tnejn avukati, waħħlu l-ħtija fuq il-qorti talli nħareġ mill-ħabs George Degiorgio wara li ngħata prison leave fi Frar li għadda meta dawn kienu jafu li l-liġi tagħti d-deċiżjoni finali lid-Direttur tal-Ħabs u lil ħadd iktar jekk jingħatax leave jew le.
Issa li nafu li l-Prison Leave Advisory Board, imwaqqaf skond il-ligi, ma kienx approva dan il-prison leave lil George Degiorgio, wieħed jistaqsi hekk id-direttur preżenti hux ser jassumi r-responsabiltà tal-passi li ħa? Fuq kollox, jekk ma qalx il-verità, dwar id-deċiżjoni li ħadu l-membri tal-Prison Advisory Board, irid anki jassumi r-responsabbilita’ ta’ dan il-fatt ukoll. Xi ħadd qal gidba lil Malta Today, intenzjonata biex toskura lill-membri tal-Prison Advisory Board.