Il-ġlied u tgħajjir il-lejla fil-parlament
Minn qarrej ta’ dan il-blogg
Konna ilna ma naraw l-Oppożizzjoni titkellem b’diskors daqshekk b’saħħtu u mimli passjoni. Dan sar il-lejla fil-parlament. Illejla smajna d-dibattitu dwar il-kuntratt tal-Vitals u Steward Health Care. Tkellmu kemm il-Prim Ministru, Robert Abela u anki Adrian Delia. Id-diskors taż-żewġ naħat kien mimli passjoni u anki rabja. Dan id-dibattitu kien dwar il-mozzjoni li l-Oppożizzjoni resqet biex il-gvern jiġbor lura l-flus li ngħataw lil Vitals u Stewards Health Care.

Imma jkolli ngħid li bqajt imbellaħ bid-diskors tal-Prim Ministru. Qal li f’ebda punt, il-qorti qalet li l-gvern kien involut fil-kuntratt frawdalenti li l-istess qorti ddikjarat null. Mela nistaqsi. Il-Vitals, il-kuntratt ma’ min iffirmawh? Il-Prim Ministru Abela kien qed jitkellem bis-serjeta’ jew kien qed jittratta lill-poplu ta’ Ġaħan? Mela kuntratt, meta jiġi ffirmat mhux jiġi ffirmat minn żewġ naħat, il-bejjiegħ u ix-xerrej? Mela jekk il-bejjiegħ ma kienx il-gvern, mela min kien?
Ma nagħmlux mod li l-Prim Ministru qiegħed jissuġġerixxi li l-Vitals iffirmaw il-kuntratt weħidhom hux? Jekk dan huwa l-każ, allura dan ifisser li l-Vitals iffrudaw lilhom infushom!
Id-diskors tal-lejla u l-manuvri li saru fil-parlament u ċertu argumenti li saru jinsulentaw l-intelliġenza tal-istess poplu Malti.
Sliem.
Aqra s-sentenza sew habib!
Mela meta jsir kuntratt billi jkun iġib il-firem taż-żewġt naħat ma jistgħax ikun hemm min ifotti wieħed lill-ieħor jew? Għax emminni ma stajtx nifhem fejn int qiegħed tara li għax tnejn jiffirmaw kuntratt bejniethom allura bilfors it-tnejn huma korrotti! Jistgħu veru għax wieħed jaf ikun jiffurma f’isem ħaddieħor bħal fil-każ ta’ kull gvern, imma mhux bilfors. Allura jekk ma nemminx li sar xi ħaġa ħażina minn naħa tal-gvern jien inkun Ġaħan? Għax allura kull min jemmen b’xi ħaġa huwa Ġaħan! Tista’ tpoġġi kull reliġjon b’eżempju!