Iż-żjara ta’ Mark Camilleri fid-Dar Ċentrali ġabet rabja fost partitarji Nazzjonalisti u wriet kemm hija mibnija fuq l-ipokrezija l-ġlieda tal-PN kontra l-abort

Mark Camilleri tella’ post fejn wera ritratt tiegħu jiġi mdawwar mal-arkivju tal-Partit Nazzjonalista. Dan ġab rabja kbira fost numru ta’ tesserati u oħrajn simpatizzanti tal-PN. Mark Camilleri huwa wieħed mill-attivisti favur li f’Malta jidħol l-abort. Fuq kollox fl-imgħoddi kiteb kontra l-memorja ta’ Nerik Mizzi u għajru KORROTT. Hu kiteb kontra numru ta’ deputati Nazzjonalisti, inkluż Edwin Vassallo u Carm Mifsud Bonnici. Illum dan sar l-eroj tal-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino.

Infakkar li meta kien hemm il-ġlieda tal-kap, il-fazzjoni ta’ Bernard Grech għajret nies bħali u oħrajn – li aħna mixtrija tal-Lejber. Ara li jmur Mark Camillieri – wieħed minn dawk li gawda sew taħt Joseph Muscat u ngħata free hand biex imexxi l-ideoloġija Marxista tiegħu u ma baqax jappoġġa lil Joseph Muscat għaliex ma tħalliex ikompli jerda, dan illum sar l-eroj tal-Partit Nazzjonalista.

Din iż-żjara wasslet għar-rabja fost numru ta’ persuni ta’ ħsieb konservattiv.

Imma din iż-żjara wasslet għar-rabja fost numru ta’ persuni ta’ ħsieb konservattiv. Wieħed minn dawk li wera l-ħsieb tiegħu kien Karl Bardacchino. Dan kiteb hekk:

Dawn ftit mill-ħafna kummenti oħra li kitbu n-nies wara din il-famuża żjara.

Fuq kollox, din iż-żjara tikxef l-ipokrezija tal-kap preżenti Bernard Grech u t-truppa ta’ akkolti liberali tiegħu. Fuq naħa jgħid li hu favur il-ħajja u fuq l-oħra jilqa’ fi ħdanu attivist tal-abort, li ħlief jgħajjar lin-Nazzjonalisti ma għamilx u issa l-PN ta’ Bernard Grech qed jibni strateġija u alleanza politika miegħu. U x’tkun ħaġa Camilleri bħala parti minn din l-alleanza ġdida? Jikteb artiklu favur l-abort u kontra l-Universita’ ta’ Malta li dwaru ser nikteb separatament.

2 thoughts on “Iż-żjara ta’ Mark Camilleri fid-Dar Ċentrali ġabet rabja fost partitarji Nazzjonalisti u wriet kemm hija mibnija fuq l-ipokrezija l-ġlieda tal-PN kontra l-abort

  1. Infakkar ukoll li dan kien gie mlahhaq mix-xejn bhala Chairman Ezekuttiv tal-kunsill nazzjonali tal-ktieb fejn rari kien ikun prezenti minhabba l-istudju tieghu; hafna li kienu dahlu jahdmu hemm fejn fl-interview kien jghidilhom li jistghu jaghmlu l-bicca kbira tax-xoghol, kienu mbaghad jigu mgieghla jahdmu mill-
    Belt u kollha spiccaw jew irrizenjaw jew gew mkeccija minhabba li dejjem kienu jispiccaw taht il-forka tieghu. Biex ma ninsewx id-dagha li kien jidghi. B’dan-nies irridu nitghabbew f’dal-pajjiz.

  2. Ftit ġranet ilu, Michael Briguglio għamel blogpost brillanti u din ġiet ikkwotata kollha b’tifħir f’dan is-sit.

    Michael Briguglio qal li “l-loġika tan-numri turina b’mod ċar li, ngħidu x’ngħidu, l-uniku forza li tista’ tneħħi l-Partit Laburista mill-Gvern huwa l-Partit Nazzjonalista,” u li dan jista’ jsir biss b’rebħa f’elezzjoni ġenerali.

    Kompla jgħid: “L-istorja politika ta’ pajjiżna turina li bosta kampanji u elezzjonijiet intrebħu meta kien hemm koalizzjonijiet wesgħin,” anki b’involviment ta’ partit politiku.

    Michael Briguglio spjega li biex koalizzjoni bħal din tinħoloq, “tinħtieġ ħidma flimkien kemm internament, kif ukoll ma’ forzi politiċi u soċjali oħra, li, sadanittant, iridu jkunu lesti li jpoġġu fil-ġenb preġudizzji, antipatiji u affiljazzjonijiet sabiex tinħoloq forza rebbieħa ġdida. Huma l-koalizzjonijiet wiesgħa li joħolqu Gvern, u mhux interessi jew affiljazzjonijiet dojoq.”

    Mark Camilleri fit-tieni paragrafu tal-post tiegħu kkwotata hawn fuq qal eżattament l-istess ħaġa. Imkien ma ntqal minn ħadd li Mark Camilleri u l-Partit Nazzjonalista qed jaqblu ma’ xulxin f’kollox.

    Kulma qal Mark Camilleri hu dak li hu loġiku ħafna quddiem Gvern li għalaq għaxar snin ta’ frodi, serq u tixħim: li nies bħal Mark Camilleri u l-Partit Nazzjonalista għandhom jaħdmu flimkien fejn jaqblu ma’ xulxin.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *