It-tweġiba tiegħi għall-politika tal-mibgħeda: din għandha tieqaf
Minn Edwin Vassallo
Aħna bħala poplu ngħidu li nemmnu fl-imħabba iżda imbagħad nobgħodu lil min ma jaqbilx magħna tant li jekk jista’ jkun lanqas inħalluh jibqa jgħix. Il-politika tal-mibgħeda spiċċat ir-refuġju li lejha jirrikorru ħafna biex isalvaw il-privileġġi li joffrilhom il-partiġjaniżmu ppreferit tagħhom tant li ma jistgħux jgħaddu mingħajr doża qawwija ta’ mibgħeda. Dan il-pajjiż ma jistax jibqa’ sejjer hekk.
Il-politika tal-mibgħeda, ta’ min jikkundannaha. Il-politika ta’ mibgħeda hija espressa b’għajjat u t-twerżiq. Il-politika ta’ mibegħda hija espressa minn dak li jitlob il-ħabs u min irid jibqa’ jiddependi mill-korruzzjoni, u mis-serq. Il-politika ta’ mibgħeda hija espressa minn dawk li jridu jeliminaw lil min mhux jaqbel magħhom. Tmiss fejn tmiss, tħares lejn fejn tħares, il-mibgħeda hija l-arma ta’ min irid jibqa’ jżomm li għandu dak li ma rebaħx bi dritt jew inkella jixtieq jirbaħ lura d-dritt li jieħu post ta’ min jikkmanda llum.

Pajjiżna ser jispiċċa jeqred lilu nnifisu bil-valenu tal-mibgħeda. Ma nistgħux nibqgħu nippermettu l- mibgħeda lejn xulxin. L-imħabba għandha tkun dik li tgħaqqadna. X’kontradizzjoni mal-verita’. Il-mibgħeda spiċċat il-valenu li jeqred, li joqtol. Il-mibegħda spiċċat dik l-energija negattiva li twassalna u tgħina nsalvaw f’pajjiż li fih qed ngħixu, fejn l-ispazju li fih ngħixu qiegħed dejjem jiċkien. F’pajjiz fejn qed nispiċċaw ngħaffġu fuq xulxin. Dak li qiegħed ninnotta huwa li l-mibgħeda lejn min ma naqblux miegħu qed tispiċċa tgħaqqadna. X’kontradizzjoni?
Il-valenu li joqtol u jifred huwa karatteristika komuni fil-moħħ u fl-qalb tagħna bħala poplu. U din il-mibgħeda qed nuruha lejn xulxin. Il-mibgħeda qed tispiċċa tinbidel f’energija negattiva li qed tagħtina l-ħila nsalvaw. Qiesna annimali li tant jgħaffġu fuq xulxin li jispiċċaw jduru lejn xulxin, jieklu lil xulxin, joqtlu lil xulxin. Aħna mhux noqtlu lil xulxin irridu, iżda spiċċajna li biex nirnexxu, nirrikorru għall-mibgħeda li twassalna biex nelimaw lil min ma jaqbilx magħna.
Għalkemm ma noqtlux lil xulxin fiżikament, iżda qed nispiċċaw noqtlu l-liberta’ ta’ xulxin. Tant inkunu rridu nsalvaw l-eżistenza tagħna personali, li biex nserrħu moħħna mis-sors ta’ dħul tagħna nispiċċaw niddefendu l-politiku li naduraw billi naraw li niddefendu lill-poltiku preferut tagħna minn kull attakk u dan nagħmluh permezz ta’ attakk feroċi kontra min ma naqblux miegħu. Din hija l-logika ta’ “min mhux magħna huwa kontra tagħna”. Issa qed ngħixu f’realta’ fejn ma hemmx spazju għal min ma jaqbilx magħna. Għalhekk, għal min ma jaqbilx magħna għandna biss eliminazzjoni.
Għalhekk donnu jekk jien aħmar, ma hemmx spazju għall-blu u jekk jien blu irrid nara li nagħmel minn kollox biex ma jkunx hemm spazju għal min hu aħmar. Kulħadd jemmen f’Alla u kulħadd għandu Alla għalih. F’isem Alla tal-imħabba spiċċajna nemmnu fil-paċi, iżda mbagħad niġġustifikaw il-gwerra.
Prosit Edwin imma din l-istrategija mhix fil-politika biss. Bhalissa d-dinja kollha ghaddejja minn din l-istrategija ta’ “divide and conquer” grazzi ghax-xitan, il-missier tal-gideb u “deceit”. Nitkellem fuqi, ilni niftah ghajnejn il-massa minn dak kollu li hemm wara l-Covid u ghalxejn. Jiddefendu l-gvern u l-gidba li saret verita’. Jghajruk “conspiracy theorist” u “fake news” ghax s’hemm biss ilahhaq mohhhom. Flok joffru kritika tajba. U l-erezija hi, li nurihom provi bil-file tal-papa’ u jibqghu jmeruk! Jiddispjacini imma m’hemmx fejqan ghal dan-nies li qed igorruna maghhom f’dak li ghaddejjin minnu bhalissa u dak li gej ghad-dinja jekk il-popli tad-dinja kollha mhux se jqumu! Wasal zmien li nghidu “le ghall-korruzzjoni”, “le li tibqghu taghmlu li tridu bina”, “le li tibqghu ttuna l-frak u intom tiehdu s-shih”, “le li tibqghu tghadduna biz-zmien,” “le li tghallmuna dak li tridu intom”, “le li ddawruna zugraga” ghall-gid ta’ kulhadd. Lil dawk li joboghdu lil min qed jifthilhom ghajnejhom, nghidilhom zewg affarijiet: “Meta tohrog il-verita’, tant ha tiehdu xokk li lanqas ha tkunu tafu x’inhu jigri” u “your hatred is perfect. It won’t stop us from continuing to speak the truth for ALL HUMANITY” ghax ahna, l-imhabba tmexxina!