Il-karozza ta’ Michelle Muscat
Minn osservatur politiku
Bla mistħija ta’ xejn il-Prim Ministru kkonferma li l-karozza tal-mara tal-eks-Prim Ministru, Michelle Muscat hija provduta lilha mill-iStat. Din il-karozza hija parti minn pakkett li Muscat innegozja mal-gvern meta hu rreżenja minn Prim Ministru.
Sirna nafu dan minħabba mistoqsija parlamentari. Kieku ma jkunux dawn il-mistoqsijiet ħafna mill-informazzjoni ma toħroġx u kollox jibqa’ mistur. Imma meta ikollok dawn il-mistoqsijiet suppost kull Ministru tal-Gvern iħossu obligat li jagħti l-informazzjoni kollha meħtieġa. Jeżistu stanzi fejn jippruvaw jaħarbu milli jagħtu ċerta informazzjoni u minħabba skuża jew oħra l-informazzjoni mitluba tibqa’ ma tingħatax.

Anzi sirna nafu li Michelle Muscat ma tgawdix minn xufier għal karozza tagħha. Seta’ ingħatat ħalli kien ikun hemm pjaċir komplut. Hekk il-poplu sar jaf biċċa oħra mill-ftehim li kien intlaħaq ma’ Joseħh Muscat meta spiċċa minn Prim Ministru fl-2019. U biex ma jkollix inkwiet fis-sewqan tal-karozza, din baqgħet l-istess waħda ta’ meta żewġha kien għadu Prim Ministru ta’ Malta.
Din il-karozza hija parti minn affarijet oħra mogħtija lil Joseph Muscat. Sirna nafu, bi tqanżih kbir, li Joseph Muscat kien ħa dak li hu stmat li jlaħħaq mal-€120,000. Barra minn hekk hu ġie mogħti uffiċju fejn ikun jista’ jeżerċita x-xogħol tiegħu fil-kapaċita ta’ konsulent privat fil-business.
Il-poplu għandu dritt jgħaddi diversi kummenti negattivi fuq din l-informazzjoni li ħarġet mill-Parlament għax kulħadd jistenna li affarijiet bħal dawn ikunu pubblikati kif jiġu miftehma u mhux joħorġu għax bilfors permezz ta’ mistoqsijiet parlamentari. Fil-fatt dan il-ftehim qatt ma ġie pubblikat mill-Gvern u qed joħroġ bil-pezzi bukkuni għax il-membri tal-gvern, fosthom il-Prim Ministru, jiġu sfurzati biex jirrispondu.
Joseph Muscat ma ngħatax ċinteżmu żejjed iktar minn ħaddieħor li ħalla l-parlament bħalu. X’ridtu jgħamel jgħamel ikun Madre Tereża u jħalli flus li jappartjenu lilu warajħ? Hekk għamlu Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi u Simon Busuttil?
F’dan l-artikolu rajt ukoll allegazzjoni oħra li fil-fhema tiegħi hija żbaljata biex ma ngħidx qarrieqa. Hawn intqal li barra mill-€120,000 Joseph Muscat ġie mgħoti lilu wkoll offiċju biex jgħamel xogħol privat. Jien jidhirli li r-risposta kienet tgħid li l-offiċju kien jgħamel parti mis-somma li ġiet mgħotija lilu u mhux flimkien mas-somma kif donnu ridt tgħidilna fl-artikolu tiegħek.
Allura b’daqsek imbilli zejina daqxejn l’osservatur miskiejn xgara?