Il-gvern kellu jwaqqaf kull sejħa għall-offerti għal din il-biċċa art fil-Mellieħa
Minn Edwin Vassallo
Jekk is-sentenza tal-qorti mogħtija dwar l-isptarijiet trid tittieħed bis-serjeta’ mill-gvern, il-gvern kellu u għandu jwaqqaf kull sejħa ghall-offerti li għandu fuq il-propjeta’ tal-gvern li jista’ jkun fiha dell ta’ dubju dwar l-intenzjoni tagħha.
Qed ngħid kellu b’referenza għal dik il-biċċa art fil-Mellieħa. Il-każ ta’ din l-art tal-Mellieħa huwa ċar skandaluż. Il-ħruġ ta’ din l-art għall-offerti qanqal ħafna dubji dwar l-iskop ta’ kif saru l-affarijiet. Jista’ jkun li d-dejn tal-gvern tant huwa kbir li issa l-gvern spiċċa ibiegħ l-art tiegħu. Jekk hu hekk, allura l-gvern irid jgħid li qiegħed jiffaċċja din l-urgenza. Imma żgur, li jekk dan hu l-każ, kien hemm modi ħafna aħjar kif seta’ jbiegħ din l-art u mhux joħroġha bir-right of first refusal.
Minflok art bħal din titħalliet biex iservi ta’ pulmun ambjentali għall-kommunita’ tal-Mellieħa ser tingħata lill-ispekulatur għall-bini. Jekk il-gvern irid ikun koerenti mal-politika tiegħu fejn kien wiegħed fil-politika ambjentali tiegħu li ser jara li fl-ibliet u irħula spazji ħodor, kont nista’ li din il-biċċa art kienetx tingħatax għall-bini. Bħala gvern, kont nistenna li kien ser jaħdem biex jara li fil-komunitajiet tagħna jibqa’ jkollna dawn l-ispazji miftuħa. U b’hekk kien jirtira l-ħruġ tal-offerti għaliha. Iżda minkejja dak li wiegħed dan il-gvern, dan l-istess gvern spiċċa joħroġ sejħa għall-offerti biex il-privat jixtri din il-biċċa art. Dan kollu jagħmel din il-biċċa negozju li daħal għalija l-gvern, biċċa negozju li ma titwemminx.

Raġuni oħra għal dan il-bejgħ hu stramb jinsab fl-iskop ta’ dan il-gvern li bih wassal għall-bejgħ ta’ din l-art. Kulħadd jaf x’lista għandu l-gvern għas-social housing imma minflok, jekk verament ried żvilupp, żviluppha għall-social housing ta’ għal żvilupp kummerċjali. Din kienet biċċa art li l-istess gvern seta’ bena apartmenti biex jitqassmu għal min ma għandux fejn jgħix. Iżda ma għamilx l-anqas hekk. U għal ġieħna, dan hu gvern soċjalista.
Għalhekk jekk is-sentenza tal-qorti rigward il-kuntratt tal-isptarijiet trid jittiehed bis-serjeta u l-poplu Malti u Għawdxi jara bidliet iseħħu biex tiżdid il-fiduċja tal-poplu fil-politika u fil-ġejjieni ta’ dan il-pajjiż, issa kellha ssir xi ħaġa ħalli tidher li qed isir. Kemm ‘il darba li l-gvern irid juri li qiegħed jieħu bis-serjeta’ din is-sentenza, li fiha l-qorti qalet lill-gvern biex jieħu deċiżjonijiet dwar trasferiment ta’ propjeta’ tal-poplu bis-serjeta’, kellu jara li din l-art ma tingħatax għall-iżvilupp u effettivament tinżamm fl-interess tal-poplu. Minflok, sar biċċa negozju minn din l-art fil-Mellieħa. Dan in-negozju ma sarx fl-interess tal-poplu imma fl-interess ta’ ħbieb ta’ dan l-istess gvern.
Dan il-każ ta’ din l-art tal-Mellieħa jkompli juri kemm verament għandna bżonn il-valuri fil-politika jekk iridu l-poplu jemmen u jkollu fiducja fil-ġejjieni tiegħu f’pajjiżu. Il-valuri tal-kontabilita’ u trasparenza iridu juri li qegħdin hemm.
Ejjew nagħmlu l-bidliet meħtieġa biex l-abbużi li seħħ ma jerġax iseħħ jekk tassew iridu naraw il-gustizzja isir u tidher li qed isir waqt li dawk risponsabbli jitressqu quddiem il-ħaqq.
