Id-deputat avukat ġenerali, Philip Galea Farrugia juża l-media soċjali biex jikkritika lill-gvern talli ma tahx karozza b’xufier.

Ftit tal-jiem ilu kellna artiklu fil-Malta Today dwar x’qal id-deputat Avukat Ġenerali tal-Repubblika, Philip Galea Farrugia. Hu kien ikkummenta dwar il-prison leave li kien ingħata George Degiorgio. Skont il-Malta Today, id-deputat l-avukat ġenerali Galea Farrugia kien uża s-social media biex juri li ma jaqbilx ma dan il-prison leave. Dan is-sit kien staqsa jekk din il-prassi hix aċċettabbli għall-persuni bħal ma hu Manuel Delia jew anki l-president tal-kamra tal-avukati, għaliex dawn kienu kkummentaw dwar dak li kien qal l-maġistrat Joe Mifsud meta deher quddiemu Jeremie Camilleri. Ma kienux qablu mal-kummenti tal-Maġistrat Joe Mifsud għaliex qalu li l-kummenti tiegħu kienu jiksru d-dritt ta’ fair hearing ta’ Jeremie Camilleri! Imma dwar dan il-kumment ta’ Philip Galea Farrugia baqgħu siekta!

Fuq kollox, skont ma ġie rrappurtat mill-Malta Today, Philip Galea Farrugia kien qal li hu mhux normalment jikkummenta fuq is-social media, imma din id-darba ser jagħmel eċċezzjoni.

Dan is-sit kien qal ċar li din mhix minnha. Dan is-sit kien staqsa jekk dan il-fatt li d-deputat avukat ġenerali għandu Facebook account jiksirx il-protocol jew il-code of ethics tal-uffiċju tal-avukat ġenerali. Ara dwar dan il-punt, tar-rule of law ma jgħidu xejn. Ara dwar dan il-punt il-media ma titkellimx. Ara dwar dan il-punt il-media tal-knisja tibqa’ b’ħalqha magħluq.

Dak li hu żgur li Galea Farrugia juża dan il-Facebook account biex jikkritika lill-gvern – li tiegħu hu d-deputat ġenerali. Ara hawn ma jimpurtax li jikser il-protocol taċ-ċivil. Hawn ser inġib kumment li dan l-istess deputat avukat ġenerali kien għamel meta qal li hu ma għandux la karozza aħseb u ara xufier! Aktar milli qatt ma uża l-media soċjali kif ġie rrappurtat li qal dan l-uffiċjal pubbliku mill-Malta Today! Segwi l-kumment hawn taħt.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *