Emanuel Cuschieri jaqbeż għas-sindku tal-Gżira, Conrad Borg Manche’ u jsejjaħlu Laburist ta’ veru

Bħalissa, is-sindku tal-Gżira jinsab imwarrab fil-Partit Laburista għaliex qed jiddefendi l-interessi tar-residenti ta’ din il-lokalita’. Il-kwistjoni ddur mal-fatt li pompa tal-petrol privata ser tkun akkomodata ġewwa ġnien pubbliku. Minħabba li s-Sindku Laburista tal-Gżira, Conrad Borg Manche’ qed jopponi dan l-iżvilupp qed isib diffikultajiet kbar fil-lokalita’ tiegħu. Dan hu dak li Emanuel Cuschieri kellu xi jgħid fuq dan is-sindku li jara l-ewwel l-interessi taċ-ċittadin kontra dawk tal-ispekulaturi. Cuschieri jikkonferma li ħadd ma kellem lil Borg Manche’ mill-Partit Laburista. Hu jappella biex t-tmexxija tal-Partit Laburista titkellem miegħu. Emanuel Cuschieri jgħid li dan is-sindku hu bniedem ta’ prinċipju u għax ta’ prinċipju tqaċċat minn ċertu kariġi li kellu.

2 thoughts on “Emanuel Cuschieri jaqbeż għas-sindku tal-Gżira, Conrad Borg Manche’ u jsejjaħlu Laburist ta’ veru

  1. il-partit laburista spicca skjav tal-iziluppaturi, jghidu x’jghidu l-amministraturi tal-pl.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *