Il-PN irid jara li l-Liberali ma jibqgħux jużaw dak li għamlu l-Blue Heroes biex joqogħdu jsawwtu lill-PN bih

Minn Edwin Vassallo

Wara din ir-rebħa ta’ Adrian Delia fil-qorti, l-artikolista Raphael Vassallo kiteb artiklu maħsub biex jattakka lill-Blue Heroes imma fl-istess waqt itaffi mit-telfa li ġarrab dan il-gvern wara din is-sentenza. Għaliex il-liberali ma jimpurtahomx milli issir ġustizzja ma’ Adrian Delia. Għalhekk permezz tal-kitba tiegħu, Raphel Vassallo jagħtini raġun fuq tliet argumenti li qed nagħmel fil-kitbiet tiegħi.

L-ewwel argument huwa dak li din il-media indipendenti xorta waħda tara kif issib raġuni biex tattakka lill-PN minkejja l-ħażin kollu li l-Gvern qiegħed jiffaċċja bis-sentenza tal-qorti li kkonfermat li l-kuntratt huwa fruwdolenti qabel ma sar, waqt li kien qiegħed isir u wara li sar. Minkejja dan, l-istess qorti kkonfermat li l-gvern ma ħax id-deċiżjoni fl-interess tal-poplu Malti. F’dan l-artiklu ma ntalab mkien biex il-Blue Heroes jagħmlu att ta’ riparazzjoni politika.

It-tieni argument huwa li l-Liberali llum huma l-ikbar egħdewwa tal-Konservattivi. Illum il-Liberali jippreferu alleanzi max-Xellug. Ladarba tkun liberali, qatt ma tkun trid tara partit Konservattiv jerġa’ jibda jieħu saħħtu kif ukoll hemm raġunijiet oħra għaliex il-ġurnaliżmu hekk imsejjaħ indipendenti dejjem jara li jogħġob l-isponsors tiegħu. Għalhekk f’dan l-artiklu tiegħu, minkejja l-ħażin kollu li l-gvern jinsab fih, minflok ma attakka lill-gvern, Raphael Vassallo sab raġuni għaliex jattakka jew ifakkar f’dak li għamlu l-Blue Heroes. Dan huwa l-mod sottili ħafna iżda effettiv kif l-media indipendenti issib il-mod ta’ kif tiddefendi b’mod jew ieħor lill-Gvern.

It-tielet argument huwa dak li Raphael Vassallo qed jagħtini raġun meta jien ngħid lill-PN irid iqatta’ l-pa[na s-sewda tal-istorja tiegħu ta’ meta sar il-kolp ta’ stat fuq dak li kien il-Kap Dr. Adrian Delia. Infatti f’dan l-artiklu, huwa qed jinqegħda b’din il-ġrajja ta’ dawn is-sbatax eroj blu li kienu daru kontra l-kap Adrian Delia biex jattakka lill-istess Adrian Delia b’dak li kienu jgħajruh bih u jnaqqaslu mir-rebħa li għamel. Għalhekk jien qed nitlob lill-PN biex iqatta’ din il-paġna biex verament juri lin-nies li hu kapaċi, b’umilita’ u onesta’, jerġa’ jikteb l-istorja tiegħu u l-media tal-Liberali u tax-Xellug ma tibqax tuża dan l-avveniment iswed biex issawwat lill-Partit Nazzjonalista bih.

Imma lill-għorrief Liberali – inkluż dawk li llum hemm fil-PN u li ġabu din il-kriżi kollha fl-oppożizzjoni – ftit li xejn tista’ turihom it-triq anki jekk ikollhom quddiemhom bniedem, bħal ma hu Adrian Delia li kixef il-ħażin kollu li dan il-gvern jinsab fih!

2 thoughts on “Il-PN irid jara li l-Liberali ma jibqgħux jużaw dak li għamlu l-Blue Heroes biex joqogħdu jsawwtu lill-PN bih

  1. Li-Rapheal ghadlu qisek ghageb tal-prasepju, biex qed tiskanta. Lanqas li ma tafx li-dawn uma nazzjonalisti prima classi li-qed jagixxu fuq kustjonijiet ta bejnithom. kollox naturalli fdin limgieba. Hu int cisan dan tghafu ben tajjieb.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *